680 likes | 1.09k Views
IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN. Festa ta’ San Mikiel. SAN MIKIEL. Kustodju u Difensur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni,
E N D
IT-TAJJEB vs IL-ĦAŻIN Festa ta’San Mikiel
SAN MIKIEL Kustodju u Difensur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija
Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.
Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.
Unur u glorja lilek, o ħelu San Mikiel Arkanġlu tagħna. Kbir hu tassew ismek kullimkien. Għal ismek jifirħu s-smewwiet titqawwa l-Knisja Militanti; jitfarraġ il-Purgatorju, u jitriegħed l-Infern b’rogħda ta’ biża’ antik għall-vittorja li int għamilt fuq l-għedewwa ta’ Alla li qatt u qatt ma tintesa’.
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Alla fi tjubitu ħalaqna, lilna l-Anġli. Il-paċi, il-ferħ ul-ġustizzja huma s-saltna tagħna. Aħna qaddejja fil-preżenza tas-Sid tas-Sema. F’ħin bla waqt ġriet fis-sema għajta ta’ ingratitudni kontra dan l-iżjed Għoli: “Ma nservix! Nitla’ u nkun bħall-iżjed Għoli!”
Għall-inġurja ta’ Satana ħarġet minn qalbi, b’ħeġġa u bi stqarrija sinċiera, il-kelma “Michael”, li bil-Lhudi tfisser “Min hu bħal Alla?” Kulħadd għadu jagħrafni b’dan l-isem li jferraħ lill-anġli kollha, li jfarraġ il-Purgatorju, li jqawwi bil-faraġ u bil-kuraġġ lill-Knisja.
Episodju 2 L-INNU tar- REBĦA
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Ħadd ma jista’ jagħder il-kobor tas-suppervja u tal-ħażen ta’ Satana u sħabu. Alla, li hu tant tajjeb u ħanin, fil-għerf bla qies tiegħu kellu jagħmel ġustizzja. Wara, mela, li missier il-gidba bi sħabu ma kellhomx iżjed post fil-ġenna, il-kori kollha tal-anġli kantajna l-qawwa ta’ Alla setgħani.
O x’ġenn li ħadd ma jista’ jfisser li tqum u teħodha kontra Alla li biss l-opri ta’ subgħajh iriegħdu kull moħħ li jaħseb sew dwarhom! Kantajna ferħanin, persważi li ebda qawwa maħluqa ma tista’ qatt titfi l-glorja eterna t’Alla. “Min hu bħall-Mulej Alla tagħna ... li jitfa’ għajnejh lejn min hu umli u li jżomm iebes kontra min ikun supperv?
Episodju 3 Il-QADDEJJA BATTALA
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Il-Ħallieq irid fedeltà lejh mill-ħlejjaq tiegħu u dan bi dritt assolut. Lilkom bnedmin takom il-prova għall-fedeltà tagħkom lejn il-liġi mqaddsa tiegħu eterna u li ma titbiddilx, magħmula biex biha tgħixu fil-paċi u tidħlu fil-wirt tat-tgawdija ta’ dejjem.
O kemm hi magħġuba f’għajnejn l-Iktar Għoli l-umiltà, li t-talba ta’ l-umli titla’ quddiem it-tron divin, tieqaf, u ma titwarrabx qabel ma Huwa jagħti widen! Kemm hi magħġuba quddiem Alla l-umiltà li huwa jifhem, jgħolli lill-umli u jbaxxi s-suppervi! Kbir hu l-Mulej, u biss mill-umli hu mogħti kull ġieħ.
Episodju 4 L-INKURUN-AZZJONI ta’ SAN MIKIEL ARKANĠLU
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Bit-tkeċċija l-iżjed ġusta tal-anġli ribelli, li tkeċċew biħlas tas-suppervja tagħhom, bosta troni fis-saltna t’Alla baqgħu vojta. Allura Alla fl-għerf tiegħu qatagħha li jimliehom kollha bi kreaturi oħra maħluqin għax-xbieha tiegħu, kapaċi tal-grazzja divina, biex jieħdu sehem fil-hena eterna.
Kien ta’ ferħ, ġieħ u glorja tassew kbar għalija x’ħin Alla fil-kobor bla tarf tal-maestà tiegħu, qalli: “Hekk hu li aħna nqegħduk prinċep tal-armata tas-sema. F’idejk aħna nafdaw dawk il-bnedmin li wara l-provi tal-fedeltà lejna huma ordinati biex ikunu ċittadini tiegħek.”“
Episodju 5 Ir-REBĦA MFAKKRA minn ĠESÙ u MARIJA SANTISSMA
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Tabilħaqq li qatt ma tista’ tintesa r-rebħa li aħna bil-qawwa divina ġibna fuq l-għedewwa tal-isem t’Alla. Infatti l-Imgħallem divin tal-bnedmin, li wera bil-kelma u bl-eżempju li l-umilta’ hi l-vera triq waħdanija meħtieġa għall-glorja eterna, semma’ l-valur tat-taqbida u tar-rebħa fuq Satana u sħabu.
Meta t-tnejn u sebgħin dixxiplu tiegħu ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, ukoll ix-xjaten jintefgħu taħtna f’ismek!” Hu qalilhom: “Jiena kont qiegħed nara ’l Satana jaqa’ bħal sajjetta mis-sema”. Minn dal-kliem min ma jarax is-sebħ li rċieva minna Alla hu u jarana niġġieldu għall-ġieħ tiegħu?
U l-kbira verġni ommu Marija Santissima f’mument ta’ ħeġġa mfawra minn qalbha, veru sakrarju ta’ l-Ispirtu s-Santu u tempju tal-Mulej, qalet: “Hu keċċa lill-imkabbrin minn fuq it-tron, u għolla lill-umli”. Għalhekk tassew ma jitfissirx l-unur tagħna għax qdejna ’l Alla b’vera fedeltà u b’veru radd il-ħajr lejh.
L-iktar għeżież, noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Ġesù Msallab ħdejn Marija Santissima Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna. Kristu Sultan Imsallab Ejjew naduraw L-iktar għeżież, itfgħu għajnejkom fuq l-Imgħallem Divin tagħkom u aqraw:
Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.
Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.
Infatti Ġesù Kristu, ir-Re tal-glorja, wassal lilu nnifsu fix-xejn billi ndaħal bħal seftur biex imut għall-fidwa tal-bnedmin: ir-re jmut biex jeħles is-seftur, ibaxxi rasu għall-volontà ta’ Missieru u għall-uġigħat tal-bnedmin; il-ġebla li kienet mormija mill-bennejja.
Tagħlim fuq din il-Paġna Umli min hu persważ li kollox hu bil-qawwa ta’Alla u għalhekk lil Alla biss unur u glorja.
Tifel żgħir huwa mqiegħed mis-Sapjenza Divina b’mudell għall-istudju fuq l-umiltà: dan ma jieħu qatt għalih billi majifhimx li hu xi ħaġa.
Il-ħsieb tal-mewt, il-ħmerijiet u d-dnubiet tal-bniedem, l-inċertezza fuq kollox u l-eżempju ta’Kristu jnisslu b’ċerta forzaspirtu umli.
L-umli huwa magħġub quddiem Alla, eżaltat minnu u magħżul biex ikun strument għall-unur tal-isem divin; l-umli huwa għaref u jgħum fil-paċi.
Nipproponu illi spiss niftakru fix- xejn tagħna billi nistqarru li aħna tassew foqra fir-ruħ u fil-ġisem jekk Alla ma jsostniniex f’kollox.
Episodju 6 L-UNUR miċ-ĊITTADINI tas-SEMA lil SAN MIKIEL
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Fl-inkurunazzjoni tiegħi, x’ħin ġejt magħżul mexxej ta’ dawk kollha li għandhom jidħlu fil-glorja, x’ħin Alla fada f’idejja l-erwieħ kollha li għandhom ikunu milqugħin, b’tant ħlewwa qegħdli f’idejja ‘Il-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf’. O, kemm ismijiet għeżież!
Fl-ewwel paġna hu mqiegħed l-ewlieni fost il-predestinat għall-glorja: Kristu Ġesù. Imbagħad il-kbira Ommu, u f’din l-ewwel paġna hemm iddikjarat li kull min għandu ismu fil-”Ktieb tal-Ħajja” matul ħajtu jeħtieġ li jagħti, qima u barka lil Marija Santissima.
Episodju 7 Il-KALVARJU
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Ħaġa tassew tal-akbar għaġeb li Alla jsir bniedem u jmut għall-kreaturi tiegħu! Jiena u sieħbi Gabrijel konna maġenb Ġesu’, wieħed kull naħa tas-Salib fuq il-Kalvarju, naraw u naduraw it-tjubija ul-ġustizzja t’Alla lejkom il-bnedmin, x’ħin biex jifdikom, qiegħed għall-mewt lil Ibnu.
Rajna u stagħġibna fuq il-ġustizzja ta’Alla x’ħin ir-Re tal-glorja, miksi bid-dnubiet tad-dinja kollha, smajnieh igħajjat mis-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi. għaliex tlaqtni?” U meta Kristu qal: “Huwa mitmum!” rajna r-renju ta’ satana fuq l-art jiġġarraf għal dejjem.
Malli l-Feddej tagħkom li xtrakom bid-demm prezzjuż divin tiegħu mejjel rasu u miet, aħna rajna tiela’ bħal inċens maħruq fin-nar, li kontinwament kien u jibqa’ jgħajjat quddiem it-tron tas-Santissima Trinità: “Paċi, maħfra u saħħa.
Inti ġejt Feddej, lilek radd il-ħajr bil-kbir, għax vittma oħra ma setgħetx tasal biex tħallas b’mod xieraq u denn lill- Ġustizzja divina, u tneħħi d-dnub tad-dinja!”
Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER Episodju 8 KRISTU fil-LEMIN ta’ALLA l-MISSIER
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: “Għajn ta’ bniedem qatt ma rat, widna ta’ bniedem qatt ma semgħet, lanqas qatt daħal f’qalb ta’ bniedem x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh”.
Kif immela bniedem jista’ jifhem il-kobor tar-rebħa ta’ Kristu x’ħin hu rċieva mingħand Alla l-Missier l-unur u l-glorja bi ħlas tal-umiljazzjonijiet li ġarrab fid-dinja biex jagħti sebħ lill-Missier!
Jista’ forsi bniedem jifhem il-ferħ ta’ qlubna x’ħin aħna l-anġli rajna fil-lemin t’Alla l-Missier lil Kristu, imqiegħed avukat u saċerdot għall-maħfra u ħniena lejn il-bnedmin, bi tpattija ta’ l-offiżi kollha tagħhom?
Minn tant deni li Satana, malizzjuż u qattiel, fehem jikkaġuna lill-bnedmin, ġibed fil-fatt fuqhom ilkoll l-aqwa ġid, l-akbar unur li aħna l-anġli f’kull dinjità tagħna ma jistax ikollna: jiġifieri li jissejħu wlied Alla.
Alla nnifsu lanqas ma staħa jissejjaħ wieħed mill-aħwa tal-bnedmin. Għalhekk hi vleġġa terribli għall-misħutin dimonji s-sentenza Verbum Dei caro factum est, għax permezz ta’ Kristu, kull ħila, kull forza ntfietlu lix-xitan għal dejjem.
Qima u radd il-ħajr mill-bnedmin kollha lis-Sinjur Ġesu’ Kristu, unur u glorja għal dejjem. Jistqarr kull ilsien li s-Sinjur Ġesù Kristu huwa fil-glorja t’Alla l-Missier.
Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER Episodju 9 L-INKURUNAZZJONI ta’ MARIJA SANTISSIMA
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Wara d-daħla ta’ Kristu fis-sema rebbieħ bil-kbir fuq il-mewt, fuq Satana u fuq id-dinja, aħna b’ħerqa kbira konna nistennew l-omm tiegħu biex tissieħeb fil-glorja wara li tant kellha sehem fit-tbatijiet miegħu.
Kien għalina tassew kbir l-unur x’ħin Kristu tana l-ordni sabiex b’idejna ndaħħlu fostna, bir-ruħ u bil-ġisem, lil dil-kreatura l-iżjed ipprevileġġata. Min fost il-bnedmin jista’ jifhemil-laqgħa glorjuża li kellha, b’mod speċjali mill-Iben divin tagħha?