1 / 36

U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin?

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 18, 16-33. U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin?. Dawk l-irġiel mistiedna ta’ Abraham, qamu minn hemm, u dawru wiċċhom lejn Sodoma; u Abraham mar magħhom biex iqabbadhom it-triq. U l-Mulej qal :

lynna
Download Presentation

U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin?

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 18, 16-33 U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin?

  2. Dawk l-irġiel mistiedna ta’ Abraham, qamu minn hemm, u dawru wiċċhom lejn Sodoma; u Abraham mar magħhom biex iqabbadhom it-triq.

  3. U l-Mulej qal: “Se nibqa’ naħbi x’se nagħmel minn Abraham? Għax Abraham għad ikun ġens kbir u qawwi, u bih jitbierku l-ġnus kollha tal-art.Jiena ħtartu sabiex

  4. iwissi lil uliedu u lil daru warajh biex iżommu fit-triq tal-Mulej u jagħmlu l-ħaqq u s-sewwwa, b’hekk il-Mulej iġib Abraham kulma wiegħdu.”

  5. U l-Mulej qal: “Hemm l-għajta qawwija ta’ Sodoma u Gomorra u t-toqol kbir ta’ dnubhom. U issa se ninżlu u nara jekk għamlux għalkollox

  6. skont l-għajta tagħhom li waslet għandi. Jekk le, inkun naf.” Dawk l-irġiel kisru minn hemm, u rħewlha lejn Sodoma; imma l-Mulej baqa’ wieqaf quddiem

  7. Abraham. U Abraham resaq lejn il-Mulej u staqsieh: “U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin? U jekk hemm ħamsin bniedem ġust f’nofs il-belt, jaqaw lil

  8. dawk se teqridhom u ma taħfirx lill-pajjiż minħabba l-ħamsinġust li hemm f’nofsha? Ma jkun qatt li int tagħmel ħaġa bħal din, li toqtol il-bniedem ġust mal-ħażin, u

  9. l-ġust u l-ħażin tmisshom l-istess xorti! Ma jkun qatt minnek, l-imħallef tal-art kollha, li ma tagħmilx ġustiżżja.” U l-Mulej wieġeb: “Jekk jiena nsib ħamsin

  10. bniedem ġust f’nofs il-belt, jiena naħfirha lill-postkollu minħabba fihom.” U wieġeb Abraham u qal: “Arani, jien issugrajt nitkellem mal-Mulej, għalkemm jien trab urmied.

  11. U jekk hemm nieqsa ħamsa għall-ħamsin ġust, minħabba ħamsa u erbgħin se teqred il-belt kollha?” U wieġbu l-Mulej: “Ma neqridhiex jekk insib fiha ħamsa u erbgħin.”

  12. Imma Abraham kompla jitkellem miegħu u jgħidlu: “U jekk issib hemm erbgħin?” U wieġbu: “Ma nagħmilx dan, minħabba l-erbgħin.”

  13. U qallu: “La tagħdabx, Sidi, jekk nerġa’ nitkellem: u jekk jinstabu tletin?” U hu wieġeb: “Ma nagħmilx dan, jekk insib hemm tletin.”

  14. U raġa’ qallu: “Ara kif nissogra nkellem lil Sidi: U jekk jinstabu hemm għoxrin?” U l-Mulej wieġeb; “Ma neqridhiex minħabba l-għoxrin.”

  15. U wieġeb: “La tagħdabx, Sidi, jekk nerġa’ nitkellem darba oħra biss: U jekk jinstabu hemm għaxra?” U hu qallu: “Ma neqridhiex minħabba

  16. l-għaxra.” U malli l-Mulej temm jitkellemma’ Abraham, il-Mulej telaq, u Abraham raġa’ lura lejn daru.

  17. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  18. Salm Responsorjali R:/ Ħanin u twajjebil-Mulej

  19. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.

  20. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

  21. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  22. Hu li jaħfer dnubietek kollha; ifejjaq il-mard tiegħek kollu; jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tieba u l-ħniena.

  23. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  24. Ħanin u twajjeb il-Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija. Ma joqgħodx jitlewwem magħna, u anqas jinkorla għal dejjem.

  25. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  26. Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna; Ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna.

  27. Daqskemm huma s-smewwiet ‘il fuq mill-art, hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu.

  28. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  29. Hallelujah. Hallelujah Illum la twebbsux qalbkom, Iżda isimgħu leħen il-Mulej. Hallelujah. Hallelujah

  30. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 8, 18-22 R:/ GlorjalilekMulej Imxi warajja.

  31. F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu:

  32. “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” Imma Ġesù wieġbu; “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet;

  33. iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwelimmur nidfen lil missieri.”

  34. Ġesu’ wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli l- mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.”

  35. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  36. ĦSIEB

More Related