220 likes | 624 Views
Form 1 Lejn il- Ħ ajja 1 Insibu t-Triq – Ġ esù Revi ż joni fuq Units 1 – 4. Unit 1 : Irridu Nikbru. Liema huma l-aspetti differenti li fihom qeg ħ din nikbru ?. Fil- ġ isem u fis-sa ħħ a Fil-mod kif na ħ sbu F’dak li n ħ ossu Fil-mod kif in ġ ibu ru ħ na.
E N D
Form 1 Lejn il-Ħajja 1 Insibu t-Triq – Ġesù Reviżjoni fuq Units 1 – 4.
Unit 1: Irridu Nikbru • Liema huma l-aspetti differenti li fihom qegħdin nikbru? • Fil-ġisem u fis-saħħa • Fil-mod kif naħsbu • F’dak li nħossu • Fil-mod kif inġibu ruħna
Għaliex huwa Ġesù l-aħjar persuna biex jgħinna nimxu ’l quddiem fit-triq tal-ħajja? • Ġesù hu Alla li jista’ kollox u jaf kollox. • Ġesù hu veru bniedem bħalna li din it-triq mxieha diġà u ħallielna l-eżempju biex nimxu warajh.
Unit 2: F’Pajjiż Nisrani • Liema ħwejjeġ juru li Malta hi pajjiż Nisrani? • Toroq b’ismijiet marbuta mar-reliġjon. • Niċeċ u statwi ta’ Ġesù, il-Madonna u l-qaddisin. • Knejjes, kunventi, postijiet tad-duttrina, eċċ. • Ħafna postijiet storiċi b’rabta reliġjuża. • Ħafna festi reliġjużi u drawwiet marbuta magħhom. • L-importanza li nagħtu lir-reliġjon fil-ħajja personali tagħna.
F’ liema ktieb tal-Bibbja nsibu li Malta saret Nisranija? Fl-Atti tal-Appostli. • X’jismu l-Papa li żar Malta fl-1990 u sejjaħ lill-poplu Malti “poplu Kattoliku tajjeb”? Il-Papa Ġwanni Pawlu II.
Unit 3: Ġesù f’ Pajjiżu • Liema huma t-tliet reġjuni prinċipali tal-Palestina ta’ ]mien Ġesù? • Il-Galilija • Is-Samarija • Il-Lhudija
Kafarnahum Galilija Lhudija Samarija Lhudija Galilija Lhudija Lhudija Galilija Galilija • F’ liema reġjun tal-Palestina nsibu dawn l-irħula jew bliet? • Kana • Ġerusalemm • Sikar • Betanja • Nażaret • Emmaws • Ġeriko • Najn • Kafarnahum
Suldat Ruman Awgustu Ċesari Ir-Rumani • Min kienu l-ħakkiema barranin tal-Palestina fi żmien Ġesù? • Min kien l-Imperatur fiż-żmien li fih twieled Ġesù? Awgustu • F’idejn min kienet il-Palestina f’dan iż-żmien? Erodi l-Kbir
Ponzju Pilatu Tiberju Ċesari • Min kien l-Imperatur Ruman fi żmien il-mewt ta’ Ġesù? • Min kien imexxi l-Palestina f’isem Tiberju? Ponzju Pilatu • F’idejn min kienet it-tmexxija tar-reliġjon tal-Lhud? Is-Sinedriju
Għal-liema grupp jew partit tal-Lhud japplika dan it-tagħrif li ġej? Kien moħħhom biex iħarsu l-irqaqat tal-Liġi — Il-Fariżej Kienu l-partit tas-sinjuri u n-nobbli — Is-Sadduċej Ma kinux jemmnu fil-ħajja ta’ wara l-mewt — Is-Sadduċej Kienu jiġbru t-taxxi għar-Rumani — Il-pubblikani Kienu kontra kull min jaħdem mar-Rumani — Il-Fariżej Kienu magħrufin bħala ħallelin — Il-pubblikani Il-qassis il-kbir kien ikun wieħed minnhom — Is-Sadduċej
Ma’ liema festa tal-Lhud hu marbut dan it-tagħrif? Fiha jfakkru l-ħruġ mill-Eġittu — L-Għid Fiha jfakkru meta Alla straħ wara li ħalaq id-dinja — Is-Sibt Fiha ssir l-ikla tal-ħobż ażżmu u l-ħaruf mixwi — L-Għid Fiha ssir it-tifkira tal-40 sena fid-deżert — Il-Festa tat-Tined Fiha jfakkru l-Patt tas-Sinaj — Għid il-Ħamsin Fiha jmorru jitolbu u jitgħallmu fis-sinagoga — Is-Sibt
L-Evanġelji ssawru fuq tliet perijodi. Liema huma? • Meta Ġesù għex u għallem fil-Palestina. • Meta l-Appostli wasslu bil-fomm dak li għamel u għallem Ġesù. • Meta saret il-kitba.
Unit 4: Milja ta’ Storja Sħiħa • F’liema żewġ okkażjonijiet kbar tidher l-aktar il-fidi ta’ Abraham? • Meta, biex jobdi lil Alla, telaq minn artu bla ma kien jaf fejn sejjer. • Meta, biex jobdi lil Alla, kien lest li joffri lil ibnu Iżakk li fih kien qed jara t-tama tiegħu. • X’kien il-kliem tal-wegħda speċjali li Alla għamel lil Abraham u li seħħet f’ Ġesù? “B’nislek jitbierku l-ġnus kollha tal-art.”
Mosè ħeles lil-Lhud mill-jasar tal-E;ittu. • Qabbel dawn il-ġrajjiet mill-ħajja ta’ Mosè ma’ ġrajjiet mill-ħajja ta’ Ġesù: Ġesù ħeles lill-bnedmin kollha mill-jasar tad-dnub. Mosè lil-Lhud tahom il-manna – ikel għall-ħajja ta’ issa. Ġesù lilna jtina l-Ewkaristija – ikel tal-ħajja ta’ dejjem. Mosè għolla s-serp tal-bronż biex min iħares lejh jgħix ftit iktar. Ġesù miet fuq is-salib u rebaħ fuq il-mewt biex aħna ngħixu għal dejjem. Mosè wassal il-Kelma ta’ Alla fil-kmandamenti. Ġesù hu l-Iben ta’ Alla nnifsu li ġie biex iwassalna għand Missieru.
Għaliex baqa’ magħruf l-iżjed David fost il-poplu Lhudi? • 1. Kien sultan kbir u qawwi li • ġab l-għaqda fost il-poplu. • għażel lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali. • rebaħ l-għedewwa kollha tal-poplu u ġab żmien ta’ paċi u ġid. • 2. Lilu kienet saret il-wegħda li min-nisel tiegħu għad joħroġ sultan li jibqa’ jsaltan għal dejjem.
Bniedem li jitkellem f’isem Alla. • Xi tfisser il-kelma “profeta”? • Għaliex Ġesù hu ferm aqwa mill-profeti kollha f’daqqa? Il-profeti wasslu l-Kelma ta’ Alla. Ġesù hu Alla nnifsu li ġie jkellimna.
Il-Bibbja Kemm fiha kotba l-Bibbja? 73. Liema huma ż-żewġ taqsimiet prinċipali tal-Bibbja? It-Testment il-Qadim u t-Testment il-:did. X’tissejjaħ l-ewwel taqsima tat-Testment il-Qadim? Il-Pentatewku. X’insibu fil-Kotba Storiċi? L-istorja tal-poplu Lhudi minn Ġożwè sal-Makkabin. X’insibu fl-Atti tal-Appostli? Il-ġrajja tal-bidu u t-tixrid tal-Knisja wara l-Qawmien mill-mewt ta’ Ġesù.