190 likes | 1.53k Views
Il-karnival f’Malta. Gabriel Melillo. Il-festa tal-karnival hija festa tradizzjonali Maltija. Aħna nafu li l-Karnival beda jsir ħafna qabel ma l-Kavallieri ġew Malta. Fil-Karnival niċċelebraw l-aħħar jiem qabel ma jibda iż-żmien ta’ sagrifiċju tar-Randan.
E N D
Il-karnival f’Malta Gabriel Melillo
Il-festa tal-karnival hija festa tradizzjonali Maltija. Aħna nafu li l-Karnival beda jsir ħafna qabel ma l-Kavallieri ġew Malta. Fil-Karnival niċċelebraw l-aħħar jiem qabel ma jibda iż-żmien ta’ sagrifiċju tar-Randan. Il-Karnival baqa’ jiġi ċċelebrat tul l-isorja ta’ Malta.
Il-kumpaniji jdumu jippreparaw il-karrijiet sena sħieħa. L-isfilata ssir il-Belt u r-Re tal-Karnival immexxi l-isfilata. Issir kompetizzjoni ta’l-aħjar kumpanija. In-nies jilbsu kostum tal-karnival u jmorru jaraw il-karrijiet għadejjin. Page 3
Minbarra fil-Belt, il-Karnival jiġi ċċcelbrat ukoll f’ċerta rħula f’Malta u Għawdex. Il-karnival tan-Nadur huwa popolari għax huwa karnival makabru. F’xi rħula ssir ukoll il-kukkanja fejn in –nies jippruvaw jitilgħu ma’ arblu twil mdellek bix-xaħam biex jilħhqu premju li hemm fuq nett. Page 4
Fil-Karnival nieklu il-Prinjolata. Il-Prinjolata hija ħelu magħmul mil-frak tal-kejk, gallettini, ċirasa u prinjoli. Nieklu wkoll il-perlini. Il-perlini għandhom lewża kbira fihom. Page 5