140 likes | 855 Views
Il-Karnival. Minn Wayne Seracino. Ta’ kull sena, fil-bidu ta Frar kulħadd ikun qiegħed jistenna bil-ħerqa il-festa sabiħa u brijuża tal-karnival. Ir-renju tal-karnival idum madwar ħamest ijiem. Kulħadd jieħu sehem fih, kemm tfal,żgħazagħ,ġenituri u ġieli anke anzjani.
E N D
Il-Karnival Minn Wayne Seracino
Ta’ kull sena, fil-bidu ta Frar kulħadd ikun qiegħed jistenna bil-ħerqa il-festa sabiħa u brijuża tal-karnival. Ir-renju tal-karnival idum madwar ħamest ijiem. Kulħadd jieħu sehem fih, kemm tfal,żgħazagħ,ġenituri u ġieli anke anzjani.
Fost il-ħafna affarijiet li nsibu u naraw fi żmien il-karnival huma il-karrijiet grotteski, il-kostumi kbar u sbieħ kollhom ilwien, il-ħafna kostumi differenti li jilbsu t-tfal u l-baned li ġieli jakkumpanjaw lin-nies tal-isfilata u l-karrijiet.
Barra minn hekk, fil-passat kien isir ħafna ċajt kultant daqsxejn goff. Tradizzjoni oħra tal-passat kienet il-logħba tal-kukkanja. Din kienet tikkonsisti li il-parteċipanti kien ikollhom jitilaw ma’ arblu imdellek bix-xaħam. Ma jonqos ukoll il-ħelu tradizzjonali tal-karnival. Uħud mill-helu huma il-perlini u l-prinjolata.
Il-qofol tal-karnival jintlaħaq il-Ħadd meta ir-re tal-karnival imexxi l-isfilata tal-karrijiet u jsir iż-żfin fil-pjazza tal-belt. Wara li tispiċċa l-aħħar ġurnata tal-karnival, kulħadd jibda jipprepara għal-bidu tar-randan. Għalhekk kulħadd irid jieħu dak li jista fil-ħamest t’ijiem tal-karnival.