100 likes | 395 Views
San Lawren z. Ftit nafu dwar ħajtu fil-bidu. Nafu li twieled fis-sena 225.Li hu żġur hu li San Lawrenz kien Nisrani fi żmien perikuluż u iebes ħafna. L- Imperatur Ruman f’dan iż-żmien kien Valerjanu. Il-Papa Sistu 2 ordnah Arċidjaknu.F’din il-pożizzjoni kellu jieħu ħsieb it-teżori tal-Knisja.
E N D
Ftit nafu dwar ħajtu fil-bidu. Nafu li twieled fis-sena 225.Li hu żġur hu li San Lawrenz kien Nisrani fi żmien perikuluż u iebes ħafna. L- Imperatur Ruman f’dan iż-żmien kien Valerjanu.
Il-Papa Sistu 2 ordnah Arċidjaknu.F’din il-pożizzjoni kellu jieħu ħsieb it-teżori tal-Knisja.
Meta arrestaw lill-Papa Sistu Lawrenz ġie nterrogat mill-prifett ta’ Ruma.Dan sar jaf li Lawrenz kien jieħu ħsieb it-teżori tal-Knisja u ordnalu biex dawn it-teżori jgħaddihom immedjatament lill-Imperu Ruman. L-Imperatur Valerjanu qajjem persekuzzjoni ħarxa kontra l-insara,arresta l-Papa Sistu u qatalu rasu.F’dan iż-żmien iebes l-insara arrestati ma kienux jiġu ġudikati iżda mill-ewwel ikkundannati għall-mewt u wara, il-gadavri jiġu mixħuta f’ħofra fonda mingħajr difna xierqa. Lawrenz aċċetta li jġiblu t-teżori iżda talbu ftit jiem oħra biex jista’ jiġbor it-teżori kollha.F’dawn il-ġranet Lawrenz beda jqassam kull ġid li kellha l-Knisja lill-foqra.
Il-prifett ta’ Ruma fferoċja għal dan l-aġir u ikkundanna lil Lawrenz għal mewta sofferenti u twila. Lawrenz ġie arrestat fis-sena 258.
Il-ħabs kien immexxi minn Hippolytus. Waqt li Lawrenz kien il-ħabs Hippolytus kien xhud għal ħafna mirakli li dan iż-żagħzugħ kien jagħmel.
Lawrenz (li kellu 33 sena) ġie mixwi ħaj fuq gradilja,mewta twila u krudila. B’hekk San Lawrenz ingħaqad ma’ dak li tant ta xhieda għalih f’ħajja Nisranija ta’ Veru. Niċċelebraw il-festa tiegħu fl-10 ta’ Awissu.
Użajt Mużika ta’ Ryan Farish ‘MUSIC BOX’ http://www.youtube.com/watch?v=eqNEF4hzC9A