330 likes | 1.82k Views
Dawra sal- Buskett. Illum morna dawra sal-Buskett. It-temp kien tassew sabi ħ . Kwa ż i kienet is-s ħ ana. Mag ħ na ġ ew ħ afna miz-zijiet u l-ku ġ ini. . Hekk kif wasalna, pparkjajna f’post apposta u bdejna de ħ lin il-Buskett. Mag ħ na ġ arrejna l-basktijiet
E N D
Dawra sal- Buskett
Illum morna dawra sal-Buskett. It-temp kien tassew sabiħ. Kważi kienet is-sħana. Magħna ġew ħafna miz-zijiet u l-kuġini.
Hekk kif wasalna, pparkjajna f’post apposta u bdejna deħlin il-Buskett. Magħna ġarrejna l-basktijiet bl-ikel li konna ġibna magħna.
Sibna roqgħa tajba u ntfajna fiha. Aħna t-tfal qgħadna nilgħabu.
Il-kbar intefgħu bil-qiegħda fuq il-mejda li ġabu magħhom. Huma qagħdu jitkellmu u jieklu.
Wara nofsinhar morna passiġġata. Għaddejna minn fejn nixxiegħa ta’ l-ilma.
Rajna xi għasafar li bdew itiru minn fuq il-weraq. Kultant dawn bdew jinżlu jixorbu min-nixxiegħa.
Waqt li konna mixjin, iz-ziju Mark beda jurina xi pjanti u qalilna xi ħaġa dwarhom.
Iz-ziju Mark jifhem ħafna fil-pjanti u d-dar tgħidx kemm għandu qsari!
F’ħin minnhom għaddejna minn fejn nixxiegħa oħra ta’ l-ilma u rajna xi żrinġijiet jaqbżu fuq il-blat.
Il-kuġin tiegħi ried jaqbad wieħed imma iz-ziju Mark ma ħalliehx.
Qallu li jkun aħjar jekk iż-żring inħalluh jgħix fl-ambjent tiegħu. Aħjar milli nitfgħuh ġo xi vażett u wara ftit imut.
Meta beda jidlam, ġbarna kollox u mxejna lura lejn il-karozzi. Kulħadd sellem lil xulxin u tlaqna lejn id-dar.
Kemm kontu attenti?
1 2 3 4 5 6 7 8 9 11 Tmiem 12 10 Għażel numru
1 Fejn marru Lara u l-familja tagħha llum?
2 X’kellhom fil-basktijiet li ħadu magħhom?
3 X’għamlu t-tfal hekk kif waslu l-Buskett?
4 X’għamlu l-kbar kif waslu l-Buskett?
5 Fejn marru wara nofsinhar?
6 X’raw meta għaddew minn fejn in-nixxiegħa?
7 X’qagħad jagħmel iz-ziju Mark waqt il-passiġġata?
8 Iz-ziju Mark għandu ħafna minn dawn id-dar.
9 Fejn kienu ż-żrinġijiet?
10 X’ried jaqbad wieħed mill-kuġini?
11 Għaliex ma ħalliehx jaqbad żrinġijiet iz-ziju Mark?
12 X’għamlu meta beda jidlam?