220 likes | 502 Views
GĦAL BINI TA’ DINJA ĠDIDA. In-Nisrani fil-politika u l-ħajja soċjali. L-imħabba tan-nisrani. L-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu: għal Ġesù ma teżistix imħabba bil-biċċiet. L-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu hi mħabba waħda li ħierġa minn qalb li rċeviet l-imħabba t’Alla.
E N D
GĦAL BINI TA’ DINJA ĠDIDA In-Nisrani fil-politika u l-ħajja soċjali
L-imħabba tan-nisrani • L-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu: għal Ġesù ma teżistix imħabba bil-biċċiet. • L-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu hi mħabba waħda li ħierġa minn qalb li rċeviet l-imħabba t’Alla. • In-nisrani veru hu dak li jqim lil Alla li ma jidhirx u jħobb bil-fatti lill-bniedem li jiltaqa’ miegħu.
L-imħabba lejn il-bniedem sħiħ • Il-bniedem hu sħiħ kif ħalqu Alla jiġifieri b’ġisem, b’moħħ, b’ruħ, b’relazzjonijiet ma’ ħaddieħor, b’xogħol u bi ħtiġijiet oħra.
Ġesù wriena li hu jħobb lill-bniedem sħiħ: fejjaq morda, tema’ lill-imġewħin, bena ħbiberiji, ħadem ta’ mastrudaxxa, għen lis-sajjieda, ħafer id-dnubiet, ħeles lill-imxajtnin, għallem l-imħuħ, tkellem mal-mexxejja kemm reliġjużi, kemm militari u kemm politiċi, waqqaf soċjetà u ħarreġ lill-mexxejja tagħha.
L-imħabba lejn il-bniedem sħiħ Ġesù qal dwar il-missjoni tiegħu: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu ikkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin. Bagħtni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena ta’ grazzja tal-Mulej”. Lq 4, 18-19
L-imħabba lejn il-bniedem sħiħ • Ġesù ġie jiġġieled u jirbaħ id-dnub u l-konsegwenzi kollha tiegħu: inġustizzji, mard, tbatija, qerq, ħażen ... • Ġesù kellu partit wieħed fil-politika tiegħu: il-partit tal-bniedem; il-bniedem hu min hu – fqir, għani, Lhudi u mhux Lhudi, żgħir, kbir, mara, raġel, b’saħħtu, dgħajjef, ...
L-imħabba lejn il-bniedem sħiħ • Il-mirakli tiegħu mhumiex biss xhieda tal-qawwa ta’ Alla li kellu fih; kienu wkoll sinjal tal-ħidma tiegħu favur is-salvazzjoni tal-bniedem sħiħ.
L-imħabba nisranija u d-drittijiet fundamentali • Il-Gaudium et spes hu dokument dwar il-Knisja fid-dinja tallum. Hu dokument ta’ awtorità tal-Konċilju Vatikan it-Tieni dwar aspetti differenti tal-Knisja f’soċjetà kontemporanja li qegħda tinbidel kontinwament. Hu dokument li jiftħilna għajnejna kif għandu jaħseb u jġib ruħu nisrani f’din it-tip ta’ soċjetà. • Il-paragrafu 26 jitkellem dwar il-Ġid Komuni jiġifieri dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
L-imħabba nisranija u d-drittijiet fundamentali • Id-drittijiet huma ta’ kull bniedem. Ħadd ma għandu jkun imċaħħad minnhom. Għalhekk kull dritt jorbot miegħu dmir. • L-agħar inġustizzji huma dawk li jolqtu l-bniedem fid-drittijiet fundamentali tiegħu.
Huwa dmir tal-Knisja li taħdem biex il-valuri ta’ mħabba, mogħdrija, maħfra, ħniena, tjieba u rażan jidħlu mhux biss fil-ħajja privata tan-nisrani, iżda wkoll fil-ħajja soċjali.
L-attività politika • Mill-ħtieġa li nħarsu u niżviluppaw id-drittijiet u d-dmirijiet fundamentali tal-bniedem nifhmu l-ħtieġa tal-komunità politika u tas-sehem li n-nisrani jrid jagħti f’dan il-qasam.
L-attività politika • L-impenn tagħna fil-ħajja politika huwa wieħed mill-aqwa modi ta’ kif wieħed jgħix l-imħabba nisranija fi żmienna.
L-attività politika • Il-Ġid Komuni: jikkonsisti l-aktar fil-ħarsien tad-drittijiet u tad-dmirijiet tal-persuna umana. • Dan il-ħarsien irid jilħaq kemm lill-individwu u kemm lill-għaqdiet.
L-attività politika • Il-ħtieġa tal-attività politika biex tiżviluppa soċjetà demokratika: • Il-Parlament – attività leġislattiva (toħroġ il-liġijiet) • Il-Gvern – attività amministrattiva • Il-Qrati – attività ġudizzjarja
L-attività politika “il-komunità politika u l-awtorità pubblika huma mibnija fuq in-natura tal-bniedem u għalhekk huma skont l-ordni stabbilit ta’ Alla, iżda l-għamla ta’ gvern, kif ukoll l-għażla ta’ dawk li jiggvernaw hi f’idejn l-għażla ħielsa taċ-ċittadini” Gaudium et spes par. 74
L-attività politika • L-għan ta’ kull attività politika hu li tħares u tiżviluppa l-ġid komuni • Fi kliem ieħor, l-għan ta‘ kull attività huwa li tħares u tiżviluppa d-dinjità tal-bniedem fil-ħajja li jgħix fis-soċjetà. • Kull liġi, kull programm ta’ partit jew kull deċiżjoni politika titqies bħala tajba daqskemm iġġib ‘il quddiem il-ġid komuni tal-bniedem u tal-Għaqdiet li fihom jissieħeb.
L-attività politika Il-prinċipju tas-sussidjarjetà: l-awtorità politika għandha tħares, tiddefendi, tinkoraġġixxi u tgħin lill-familji u lill-Għaqdiet biex jaqdu aħjar il-ħidma tagħhom fejn ikun meħtieġ mill-ġid komuni. (ara GS par 75) Sussidjarjetà
X’titlob minna l-attività politika? djalogu tolleranza taxxi rispett vot responsabbli tqassim ġust tal-propjetà
Solidarjetà • bħal tas-Samaritan it-tajjeb • x’jiġri mill-imsejknin tad-dinja jekk ma ngħinuhomx? • tfittex il-ħtiġijiet tal-ieħor • naqsmu mhux miż-żejjed imma anki minn dak li għandna bżonn aħna • għandha tkun il-pedament u r-ruħ tal-liġijiet
Il-Volontarjat • ħtieġa ta’ impenn komunitarju • il-volontarjat u s-servizzi tal-istat • l-għaqdiet volontarji f’Malta