130 likes | 810 Views
Il-Jiem Nazzjonali sinifikat, dati, ritratti u tifsir. Ara slide-show dwar is-sinifikat tal-Jiem Nazzjonali Maltin. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter. Jum il-Vitorja. Magħruf ukoll bħala l-Otto Settembre.
E N D
Il-Jiem Nazzjonalisinifikat, dati, ritratti u tifsir Ara slide-show dwar is-sinifikat tal-Jiem Nazzjonali Maltin. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter.
Jum il-Vitorja • Magħruf ukoll bħala l-Otto Settembre. • Fil-fatt niċċelebraw dan il-Jum Nazzjonali nhar it-8 ta’ Settembru. • Ifakkarna fir-rebħa li l-Maltin u l-Kavallieri għamlu fuq it-Torok Ottomani fl-1565. • Il-Maltin u l-Kavallieri kienu mmexxija mill-Granmastru La Valette. • Ifakkarna wkoll meta l-Italja ċediet fit-Tieni Gwerra Dinjija; hekk waqfu l-air-raids fuq Malta u għalina l-Maltin spiċċat il-gwerra.
Jum il-Vitorja • Insibu żewġ monumenti li jfakkruna f’Jum l-Otto Settembre. • L-ewwel jinsab insibuh f’Misraħ ir-Rebħa fil-Birgu (ritratt fuq). • Il-Monument l-ieħor (ritratt isfel) jinsab quddiem il-qrati Maltin fil-Belt Valletta. • Il-munument tal-Belt huwa xogħol l-iskultur Malti Antonio Sciortino. • Biex infakkru Jum il-Vitorja, kull sena jkun hemm ir-Regatta (tlielaq bid-dgħajjes) fil-Port il-Kbir.
Jum is-Sette Giugno • Kienet għadha kemm spiċċat l-Ewwel Gwerra Dinjija. F’Malta kien hawn il-faqar, ġuħ u nuqqas ta’ xogħol. • Is-sena kienet l-1919. • Il-mexxejja tal-Maltin iffurmaw l-Assemblea Nazzjonali biex titlob lill-Gvern Ingliż jagħti kas id-drittijiet tal-Maltin. • Fit-tieni laqgħa ta’ l-Assemblea, f’Ġunju 1919, bosta Maltin telgħu l-Belt biex jagħtu l-appoġġ lill-Assemblea. • Il-folla rrabbjata ħarqet stamperija favur il-Gvern, kissret xi ħwienet u anke djar ta’ importaturi tal-qamħ. • Il-Gvernatur Ingliż, meta ra li l-puluzija tilfet il-kobtroll tas-sitwazzjoni, sejjaħ lill-marines. • Xi Maltin inqatlu meta ntlaqtu mit-tiri ta’ l-azzarini Ngliżi.
Il-monumenti tas-Sette Giugno. • Il-monument prinċipali nistgħu narawh fi Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. • Il-vittmi Maltin tas-Sette Giugno indifnu fiċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata fejn insibu monument ieħor li jfakkar din il-ġrajja.
Jum l-Indipendenza • Il-Gżejjer Maltin ħadu l-Indipendenza mill-Ingilterra fil-21 ta’ Settembru 1964. • L-Ingliżi kienu ilhom jaħkmu fuq il-Gżejjer Maltin mill-1800. • Il-Prim Ministru Maltin dak iż-żmien kien in-Nutar Ġorġ Borġ Olivier. • Malli Malta saret Stat Indipendenti, it-tmexxija għaddiet f’idejn il-Gvern malti. • Fl-1964 Malta saret membru fil-Ġnus Magħquda. • Fl-1965 Malta saret ukoll membru tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
L-Indipendenza ta’ Malta • Il-monument prinċipali ta’ l-Indipendenza qiegħed fil-bidu tal-Mall il-Furjana. • Ftit ’il bogħod minnu, fix-Xagħra tal-Furjana, kienet saret iċ-ċerimonja uffiċċjali ta’ l-inżul tal-bandiera Ngliża u t-tlugħ tal-bandiera Maltija. • Dan kien f’nofsillejl tal-21 ta’ Settembru 1964.
Jum ir-Repubblika • Malta saret Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974. • Il-Parlament Malti, b’maġġoranza kbira, ivvota favur il-bidla fil-Kostituzzjoni Maltija. • Permezz ta’ din il-bidla, il-kap ta’ l-Istat Malti ma baqax iktar il-Gvernatur imma sar il-President. • Il-President tar-Repubblika Maltija issa kellu jibda jinħatar mill-Parlament Malti kull ħames snin. • Il-Prim Ministru Malti kien il-perit Duminku Mintoff. • L-ewwel President Malti kien Sir Anthony Mamo. • Sir Anthony Mamo kien il-Gvernatur Ġenerali skond il-kostituzzjoni Maltija ta’ qabel dan l-avveniment.
Ir-Repubblika • Fir-ritratt (fuq) tidher plakka ta’ l-irħam imwaħħla mal-ħajt tal-Palazz tal-President fil-Belt. • Il-plakka tfakkar Jum it-13 ta’ Diċembru 1974 meta Malta ġiet iddikjarata Repubblika. • Mill-gallarija tal-Palazz (ritratt isfel) ħareġ isellem lill-folla Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta’ Malta Repubblika. • Fl-istess palazz, il-President ta’ Malta għandu l-uffiċċju tiegħu.
Jum il-Ħelsien • Il-fatt li Malta kienet kolonja ta’ l-Ingilterra kien ifisser li f’Malta jkun hawn suldati Ingliżi. • Malta kellha ekonomija ta’ fortizza; l-ekonomija kienet tiddependi min-nefqa tas-servizzi Ngliżi. • Wara l-Indipendenza (1964) it-truppi Ingliżi kellhom jibqgħu hawn għall-ħarsien tal-Gżejjer Maltin sa l-1974. • Bi ftehim bejn iż-żewġ gvernijiet (Malti u Ngliż) dan il-ftehim mġedded bi ħlas sa l-1979
L-aħħar suldati jitilqu minn Malta • Il-ftehim mal-Gvern Ingliż skada fil-31 ta’ Marzu 1979. • L-għada telqet minn Malta l-aħħar frejgata Ingliża. • B’hekk spiċċat għal kollox il-bażi militari Ngliża minn Malta. • Il-monument li jfakkar lil Malta Ħielsa qiegħed il-Birgu, fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ san Lawrenz. • Dan il-jum baqa’ jissejjaħ Jum il-Ħelsien. • Mis-snin 60, Malta bdiet tibni ekonomija ibbażata biedja, l-industrija u s-servizzi. TMIEM tas-slide-show.