280 likes | 787 Views
Kull eġġ San Nikola – Primarja Attard. Marisa Bonello - Klassi 5.1 Sean Żammit - Klassi 5.2 Duncan Caruana - Klassi 5.3. It-Temp fi staġuni differenti f’Malta. Ir-rapport tat-temp.
E N D
Kulleġġ San Nikola – Primarja Attard Marisa Bonello - Klassi 5.1 Sean Żammit - Klassi 5.2 Duncan Caruana - Klassi 5.3
Ir-rapport tat-temp Ta’ kuljum, mill-uffiċċju meteoroloġiku ta’ Ħal Luqa joħroġ ir-rapport tat-temp. Dan ir-rapport, bl-għajnuna tal-istrumenti tat-temp u ritratti mis-satellita, jagħtina stampa ċara ta’ kif se jkun it-temp matul il-ġurnata. Ir-rapport tat-temp tal-lum
L-Istrumenti tat-Temp Min jaf isemmihomli? L-anemometru Il-pinnur It-termometru Il-pluvjometru Il-barometru
Liema hi t-tajba?
Il-pinnur • Juri d-direzzjoni tar-riħ • Ikejjel il-qawwa tar-riħ • Ikejjel il-pressjoni tal-arja
Il-pinnur jurina d-direzzjoni tar-riħ Tramuntana Majjistral Grigal Punent Lvant Lbiċ Xlokk Nofsinhar
L-anemometru • Ikejjel kemm niżlet xita • Ikejjel il-qawwa tar-riħ • Jurina kif se jkun it-temp
It-termometru • Ikejjel il-pressjoni tal-arja • Juri d-direzzjoni tar-riħ • Ikejjel it-temperatura
Il-pluvjometru • Ikejjel is-saħħa tar-riħ • Ikejjel kemm niżlet xita • Ikejjel ir-raġġi UV
Il-barometru • Juri d-direzzjoni tar-riħ • Ikejjel il-pressjoni tal-arja • Ikejjel it-temperatura
Malta għandha klima Mediterranja. Dan ifisser li jkollna xitwa kiesħa bi ftit xita u sajf sħun u xott. L-umdità f’Malta spiss tkun għolja u dan minħabba li Malta hija gżira.
It-temp - 16 t'Awwissu 2009 Xemxi b'xi ftit sħabkultant Viżibilità: Tajba Temperatura:L-ogħla: 30°CL-inqas: 25°C Indiċi UV: 10 Riħ: Ftit qawwi mill-Majjistral li jsirmoderat filgħaxija Baħar: Qawwi li jsirmoderat Temperatura tal-baħar:27°C
It-temp - 24 ta' Jannar 2008 Imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalba xita Viżibilità: Tajba Temperatura:L-ogħla: 14°CL-inqas: 9°C Indiċi UV: 3 Riħ:Qawwi għal qawwi ħafna mill-Grigal Baħar: Qawwi Temperatura tal-baħar:15°C
Ejja naraw id-differenzi
Fix-xitwa Fis-sajf Temperatura 14°C 30°C Indiċi UV 3 10 Temperatura tal-baħar 27°C 15°C Riħ mill-Majjistral mill-Grigal
Punti Importanti
Ir-rebbiegħa Fir-rebbiegħa t-temperatura tibda togħla xi ftit u kullimkien jimtela bil-fjuri. Ġeneralment ikollna temp sabiħ għalkemm xi drabi bir-riħ. Fir-rebbiegħa nilbsu ħwejjeġ bil-komma twila però mhux ħwejjeġ ħoxnin.
Is-sajf Is-sajf f’Malta huwa sħun ħafna u mingħajr xita. It-temperatura tvarja bejn il-30 u 33 grad celsius. Ir-raġġi U.V. ikunu għolja ħafna u l-ġurnata tkun itwal. Ħafna nies jagħżlu li jmorru ħdejn xatt il-baħar biex jiffriskaw. F’dan l-istaġun nilbsu ħwejjeġ ħfief.
Il-ħarifa Fil-ħarifa tibda x-xita u t-temperatura tibda nieżla bil- mod il-mod. Il-ġurnata tibda tiqsar. Xi siġar jibdew iwaqqgħu l-weraq u aħna nibdew nilbsu ħwejjeġ aktar ħoxnin.
Ix-xitwa Ix-xitwa hija l-aktar staġun kiesaħ f’pajjiżna. Jibda jkollna x-xita, riħ kiesaħ u xi maltempati. Il-ġurnata tibda tiqsar. F’dan l-istaġun nibdew nilbsu l-kowtijiet u x-xalel u ma noħorġux mingħajr umbrella.