310 likes | 524 Views
SENA PAWLINA 28 ta’ Ġunju 2008 – 29 ta’ Ġunju 2009. Skop:. Is-Sena Pawlina toffrilna l-okkażjoni biex: Niskopru mill-ġdid il-figura ta’ l-Appostlu San Pawl bħala M issierna li wa s slilna l-fidi Insiru aktar midħla ta’ l- I ttri tiegħu u nagħrfu l-ispiritwalità li hemm fihom
E N D
Skop: Is-Sena Pawlina toffrilna l-okkażjoni biex: Niskopru mill-ġdid il-figura ta’ l-Appostlu San Pawl bħala Missierna li wasslilna l-fidi Insiru aktar midħla ta’ l-Ittri tiegħu u nagħrfu l-ispiritwalità li hemm fihom Napprofondixxu t-tagħlim tiegħu u nagħmluh bħala viżjoni għalina Nitħeġġu fil-fidi nisranija mqanqlin mill-eżempju Nitqanqlu mill-entusjażmu tiegħu għax-xandir tal-Kelma u għax-xiehda li nagħtu ta’ Kristu f’ħajjitna
Is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008 Malta: Ftuħ tas-Sena Pawlina Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem il-Kattidral Metropolitan ta’ l-Imdina Lejla Pawlina fl-Imdina u r-Rabat Għawdex: Traslazzjoni tar-relikwi fil-Knisja Parrokkjali tan-Nadur – Ftuħ tal- “Bieb Pawlin” – Proklamazzjoni tas-Sena Pawlina - Għasar
L-Erbgħa 20 ta’ Awissu 2008 Għawdex: Pellegrinaġġ ma’ l-Isqoflejn il-Gżejjer ta’ San Pawl
Mill-Ħadd 12 sal-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2008 Għawdex: Ġimgħa Missjunarja fil-parroċċi b’talb għall-missjunarji u l-missjonijiet u wirja fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2008 Malta: ĠurnataMissjunarja. Isiru wirjiet mill-gruppi missjunarji u qsim ta’ esperjenzi
Il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2008 Malta: Festa Liturġika ta’ Kristu Re. Ċelebrazzjoni quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, Ħal Safi Għawdex: Ċelebrazzjoni ta’ fidi fil-Kumpless Sportiv bis-sehem ta’ l-għaqdiet u l-movimenti fi ħdan il-Knisja
Il-Ħadd 8 ta’ Frar 2009 Malta u Għawdex: Ċelebrazzjoni Kateketika fil-belt Valletta. Riflessjoni fuq l-Ittri ta’ San Pawl fil-knejjes tal-Belt
It-Tnejn 9 ta’ Frar 2009 Għawdex: Festa għall-Familja fil-Kumpless Sportiv It-Tlieta 10 ta’ Frar 2009 Malta u Għawdex: Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija presjeduta mill-Arċisqof Pawl Cremona fil-belt Valletta u mill-Isqof Mario Grech fil-Knisja Parrokkjali tal-Munxar
Il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2009 Għawdex: Pellegrinaġġ Penitenzjali, Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Qrar, Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija bl-għoti tal-mandat lill-predikaturi ta’ l- eżerċizzi għal żmien ir-Randan
Il-Ħadd 5 ta’ April 2009 Għawdex: Via Crucis quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu immexxija mill-Isqof Mario Grech L-Erbgħa 8 ta’ April 2009 Malta: Via Crucis madwar il-Grotta u l-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl fir-Rabat. Trasmissjoni diretta fuq l-RTK
Is-Sibt 30 ta’ Mejju 2009 Malta: Vġili ta’ Pentekoste. ĊelebrazzjoniuQuddiesa f’San Pawl il-Baħar Għawdex: Ċelebrazzjoni Solenni fil-Knisja Parrokkjali tax-Xagħra mmexxija mill-Isqof Mario Grech
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2009 Malta: Festa Solenni ta’ San Pietru u San Pawl. Għeluq tas-Sena Pawlina. Quddiesa bis-sehem taż-żewġ djoċesijiet quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, Floriana. Din iċ-Ċelebrazzjoni se tkun immexxija mil-Legat tal-Papa
PELLEGRINAĠĠI Żewġ pellegrinaġġi lejn it-Turkija, wieħed immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta u l-ieħor mill-Isqof ta’ Għawdex Pellegrinaġġ għal Ruma immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex Għajnuna lill-aġenziji u gruppi li jkunu jixtiequ jorganizzaw Irtir Pawlin jew programm ta’ turiżmu reliġjuż f’ Malta Pellegrinaġġi mill-għaqdiet u parroċċi għall-Gżejjer ta’ San Pawl
Katekeżi Malta: Ġimgħa ta’ tagħlim fil-parroċċi mmexxija mill-membri tal-MUSEUM Kors Bibliku fuq San Pawl li jixxandar ukoll fuq RTK Kors ta’ Aġġornament tal-Kleru immexxi mill-Arċisqof Gianfranco Ravasi Għajnuniet għal laqgħat f’parroċċi u gruppi Wirjiet fil-knejjes Eżerċizzi tar-Randan Kwizz Kateketiku għat-tfal
Katekeżi Għawdex: Tqassim ta’ l-Ewwel Ittra lill-Korintin f’kull familija Laqgħat għaż-żgħażagħ fis-Sibtijiet ta’ l-Avvent u tar-Randan Laqgħat ta’ kull xahar għall-istudenti Għawdxin fil-Kampus ta’ l-Università Lectio Divina għas-saċerdoti Laqgħat ta’ formazzjoni spiritwali u teoloġika għas-saċerdoti Irtiri spiritwali għas-saċerdoti fuq l-Ittri ta’ San Pawl
Katekeżi Għawdex: Laqgħat għall-gruppi u movimenti ekkleżjali Laqgħat ta’ formazzjoni għall-ministri tal-Knisja Irtiri Spiritwali “fuq il-passi ta’ San Pawl” għall-pellegrini li jżuru Malta u Għawdex Missjoni popolari djoċesana fil-parroċċi Eżerċizzi tar-Randan fil-knejjes Apostolat fil-ħwienet tax-xorb matul ir-Randan Religious Counsellors iduru l-iskejjel primarji u sekondarji
MEDIA Malta: Film maħdum lokalment dwar il-ħajja ta’ San Pawl għaċ-ċinema lokali Dokumentarju bi produzzjoni lokali mtella’ miċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja Taqsima speċjali fil-Website ta’ l-Arċidjoċesi
MEDIA Għawdex: Materjal dwar San Pawl fil- Bullettin tal-Ħadd Rivista djoċesana Notice boards Websites tal-parroċċi u tad-djoċesi
LITURĠIJA Malta: Mumenti ta’ talb – darba fix-xahar - fil-knejjes iddedikati lil San Pawl Lectio Divina Pawlina Meditazzjonijiet ispirati mill-Arti Pawlina Għajnuna għal-Liturġija tal-Ħadd
Liturġija Għawdex: Ħsieb meħud mit-tagħlim ta’ San Pawl waqt il-Barka Ewkaristika Adorazzjoni kull nhar ta’ Ħamis Għajnuniet teoloġiċi-liturġiċi matul l-Avvent u r-Randan
KULTURA Malta: Wirja ta’ pitturi minn kollezzjonijiet privati Wirja ta’ arti kontemporanja Wirja ta’ Kotba Pawlini L-Oratorio in Naufrago ta’ Carlo Diacono Konferenza mill-Prof Giorgio Filippi li ħadem fl-iskavi tal-qabar ta’ San Pawl Konferenza mill-Arċisqof Gianfranco Ravasi Konferenza dwar l-ambjent għas-seminaristi Kunċert Pawlin għaż-żgħażagħ
KULTURA Għawdex: Wirja ta’ pitturi u skulturi Pawlini Wirja ta’ pitturi minn artisti żgħażagħ dwar San Pawl
EKUMENIŻMU Malta: Ċelebrazzjoni fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes f’Jannar 2009 Għawdex: Tliet laqgħat ta’ talb waqt il-Gozo International Celebrations fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala għar-residenti barranin f’Għawdex
PASTORALI Malta: Villaġġ Pawlin li jdum ġimgħa b’ħafna attivitajiet bħal wirjiet, konferenzi, talb, diskussjonijiet, sketches minn żgħażagħ, logħob, mużika, programmi interattivi fuq il-computers eċċ. Tfal u adolexxenti jkunu mistiedna filgħodu waqt li adulti u żgħażagħ wara nofs in-nhar u filgħaxija Djarju Pawlin 2009 jitqassam f’kull familja
PASTORALI Għawdex: Laqgħat bil-parteċipazzjoni ta’ refuġjati u immigranti Akkoljenza fil-familji u lukandi għat-turisti u pellegrini waqt il-pellegrinaġġi u rtiri spiritwali Ġesti ta’ solidarjetà fil-komunità l-aktar fi żmien ir-Randan , l-Avvent u l-festa parrokkjali
INIZJATTIVI PARTIKOLARI INNU UFFIĊĊJALI POSTERS B’MESSAĠĠ KATEKETIKU MUNITA KOMMEMORATTIVA SETT TA’ BOLOL KOMMEMORATTIVI