150 likes | 2.4k Views
Monsinjur Pietru Pawl Saydon. Twieled iż-Żurrieq fl-24 ta’ Lulju 1895 u miet ta’ 76 sena fit-22 ta’ Marzu 1971. Ta’ 24 sena sar qassis u mar jistudja l-lingwi Bibliċi f’Ruma. Meta ġie lura Malta laħaq professur fl-Università ta’ Malta. Kien għad kellu biss 36 sena.
E N D
Monsinjur Pietru Pawl Saydon Twieled iż-Żurrieq fl-24 ta’ Lulju 1895 u miet ta’ 76 sena fit-22 ta’ Marzu 1971. Ta’ 24 sena sar qassis u mar jistudja l-lingwi Bibliċi f’Ruma. Meta ġie lura Malta laħaq professur fl-Università ta’ Malta. Kien għad kellu biss 36 sena. L-akbar biċċa xogħol tiegħu kienet li qaleb il-Bibbja kollha bil-Malti mil-lingwi oriġinali li nkitbet bihom, il-Grieg u l-Lhudi. Ħaditlu 30 sena. Flimkien ma’ Ġużè Aquilina, Saydon ħareġ sensiela ta’ kotba tal-qari bil-Malti bl-isem “Ward ta’ Qari Malti”. Kien membru ewlieni fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u għamel żmien editur tar-rivista tal-għaqda “Il-Malti”. Kien iħobb iqatta’ ħafna ħin Bengħisa fid-dar tal-villeġġjatura. Kellu ħafna ħbieb bdiewa u kien magħruf magħhom bħala l-qassis l-għaref għax kien jgħaddilhom ħafna pariri dwar ix-xogħol tar-raba’ li kien jiskopri mill-qari tal-kotba. Xi kotba tiegħu: “Ward ta’ Qari Malti” Siti għal aktar qari:wikipedia.org akkademjatalmalti.com allmalta.com/folklore