1 / 34

FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

www.ofm.org.mt. FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill- Ktieb tal-Profeta Ġeremija Ġer 20, 7-9. Qarraqtni, Mulej, u jiena tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħk ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija.

allene
Download Presentation

FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt FIT-TRIQ TAS-SALIB22 Ħadd matul is-Sena A

  2. L-1 QARIQari mill-Ktiebtal-ProfetaĠeremijaĠer 20, 7-9

  3. Qarraqtni, Mulej, u jiena tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħk ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija.

  4. Kull meta nitkellem, jiena ngħajjat u nxandar, “Moħqrija u ħsara!” Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum.

  5. U jien għidt: “Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu.” Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi.

  6. Għejejt inżommu, ma niflaħx aktar għalih.

  7. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  8. SALM RESPONSORJALISalm 62Għalikgħatxanaruħi, Mulej, Allatiegħi.

  9. O Alla, int Alla tiegħi!Għalik inbakkar jiena.Għalik għatxana ruħi,ġismi qed inin għalik,bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

  10. R/.Għalikgħatxanaruħi, Mulej, Allatiegħi.

  11. Irrid niġi naħseb fik fit-tempju,biex nara s-setgħa tiegħek u l-glorja tiegħek.Għax il-grazzja tiegħek aħjar mill-ħajja,xofftejja jfaħħruk.

  12. R/.Għalikgħatxanaruħi, Mulej, Allatiegħi.

  13. Hekk inbierkek ħajti kollha,u f’ismek nerfa’ idejja.Bħalma jien nimtela b’ikel li jsemmen,hekk fommi jgħanni b’xofftejn ferrieħa.

  14. R/.Għalikgħatxanaruħi, Mulej, Allatiegħi.

  15. Int kont għajnuna għalija;għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.Ruħi miegħek tqabbad,lili żżommni l-leminija tiegħek.

  16. R/.Għalikgħatxanaruħi, Mulej, Allatiegħi.

  17. IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 12, 1-2

  18. Nitlobkom, ħuti, għall-ħniena ta’ Alla offru ġisimkom bħala vittma ħajja, qaddisa, li togħġob lil Alla, b’qima spiritwali.

  19. Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta’ moħħkom,

  20. biex iseħħilkom tagħarfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu t-tajjeb, x’inhu li jogħġob, x’inhu s-sewwa.

  21. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  22. Hallelujah. Halleluljah.It-triq tal-preċetti tiegħek fehimni,biex naħseb fuq l-għeġubijiet tiegħek.Hallelujah.

  23. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 16, 21-27

  24. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm,

  25. isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassissin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

  26. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħid: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!” Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru:

  27. “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax mintix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int.”

  28. Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.

  29. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

  30. Għax x’ikun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?

  31. Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex jerġa jikseb ħajtu?

  32. Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel.”

  33. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  34. www.ofm.org.mt FIT-TRIQ TAS-SALIB22 Ħadd matul is-Sena A

More Related