1.7k likes | 1.88k Views
IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan)
E N D
IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan) Tul din is-sena, ser nirriflettu dwar l-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XVI “PORTA FIDEI” – “IL-BIEB TAL-FIDI”
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2012 – 28 Ħadd Matul is-Sena) “Il-bieb tal-fidi hu dejjem miftuħ għalina biex iwassalna għall-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u joffrilna d-daħla tagħna fil-Knisja tiegħu.” (n.1)
“Nafdaw dan iż-żmien ta’ grazzja f’idejn l-Omm ta’ Alla, li ġiet ipproklamata hienja għax emmnet.” (n.15)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2012 – 29 Ħadd Matul is-Sena) “Il-vjaġġ tal-fidi jibda bil-Magħmudija li permezz tagħha nistgħu nsejħu lil Alla Missierna,
u jintemm billi ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja ta’ dejjem, frott tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej Ġesù.” (n.1)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2012 – 30 Ħadd Matul is-Sena) “Hu meħtieġ li niskopru mill-ġdid il-vjaġġ tal-fidi sabiex niddawlu aktar dwar il-ferħ u l-entużjażmu ġdid li nħossu meta niltaqgħu ma’ Krsitu.
Il-Knisja, bħal Kristu, trid tagħmel ħilitha biex tmexxi ‘l-poplu lejn il-ħbiberija mal-Iben t’Alla, lejn Dak li jagħti l-ħajja u jagħtiha b’abbundanza.” (n.2)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012 – 31 Ħadd Matul is-Sena) “Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba.
Il-bnedmin tallum għadhom jistgħu jħossu l-bżonn li jmorru ħdejn il-bir bħalma għamlet il-mara Samaritana biex jisimgħu lil Ġesù jistedinhom jemmnu fih u jieħdu mill-ilma ħaj li joħroġ minnu.” (n.3)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2012 – 32 Ħadd Matul is-Sena) “Jeħtieġ niskopru mill-ġdid it-togħma tal-Kelma t’Alla li l-Knisja twasslilna b’fedeltà u mmantnu ruħna bil-Kelma tal-ħajja, li Ġesù offra lid-dixxipli tiegħu biex isostnihom.
It-twemmin tagħna f’Ġesù Kristu hi t-triq li żgur twassalna għas-salvazzjoni.” (n.3)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2012 – 33 Ħadd Matul is-Sena) “It-tiġdid tal-Knisja jseħħ ukoll permezz tax-xhieda li jagħtu b’ħajjithom dawk li jemmnu:
bl-istess eżistenza tagħhom fid-dinja, l-Insara huma msejħa biex jirradjaw il-kelma tal-verità li ħallielna Ġesù.” (n.6)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012 – Solennità ta’ Kristu Sultan) “Mill-qawwa ta’ Kristu Rxoxt il-Knisja ssib il-forza biex bis-sabar u bl-imħabba tirbaħ it-tiġrib u d-diffikultajiet li jiġuha minn barra u minn ġewwa
u biex tirrivela lid-dinja bil-fedeltà, il-misteru tiegħu sakemm fl-aħħar taż-żminijiet huwa juri ruħu fil-milja tad-dawl tiegħu.” (n.6)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2012 – 1 Ħadd tal-Avvent) “Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja.
Fil-misteru tal-mewt u l-qawmien, Alla rrivela l-milja tal-imħabba li tifdina u ssejħilna għal ħajja ta’ konverżjoni permezz tal-maħfra tad-dnubiet.” (n.6)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012 – 2 Ħadd tal-Avvent) “Permezz tal-fidi, il-ħajja ġdida fi Kristu ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem skont ir-realtà radikali tal-qawmien.
Il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba issir il-kriterju ġdid tal-fehma u l-għemil li jibdel il-ħajja tal-bniedem kollha kemm hi.”(n.6)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2012 – 3 Ħadd tal-Avvent) “Hi l-imħabba ta’ Kristu li timla lil qlubna u tqanqalna biex nevanġelizzaw.
Illum bħal fl-imgħoddu Kristu jibgħatna fit-toroq tad-dinja biex inxandru l-Evanġelju tiegħu lill-ġnus kollha tal-art.”(n.7)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012 – 4 Ħadd tal-Avvent) “B’imħabbtu, Ġesù Kristu jiġbed lejh nies ta’ kull ġenerazzjoni:
f’kull żmien hu jsejjaħ lill-Knisja u b’mandat li hu dejjem ġdid jafdalha f’idejha x-xandir tal-Evanġelju.” (n.7)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012 – It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu) “Il-fidi wasslet lil Marija biex tilqa’ l-kelma tal-Anġlu u temmen li kienet se ssir Omm Alla billi tkun il-qaddejja tal-Mulej.”(n.13)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012 – Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi) “Meta marret iżżur lil Eliżabetta, Marija għamlet għanja ta’ tifħir lil Alla l-għoli għall-affarijiet tal-għaġeb li jseħħu f’min jafda fiH.”(n.13)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (It-Tlieta 1 ta’ Jannar 2013 – L-Imqaddsa Marija Omm Alla) “B’ferħ u tregħid Marija welldet l-Iben il-waħdieni tagħha u baqgħet verġni.” (n.13)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013 – L-Epifanija tal-Mulej) “Marija fdat f’Ġużeppi l-għarus tagħha u ħadet lil Ġesù l-Eġittu biex tħarsu mill-persekuzzjoni ta’ Erodi.” (n.13)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2013 – Il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej) “Anke llum tinħass il-ħtieġa għal impenn mill-Knisja aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida
sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn.” (n.7)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2013 – 2 Ħadd Matul is-Sena) “Meta jum wara l-ieħor dawk li jemmnu jiskopru mill-ġdid l-imħabba ta’ Kristu, l-impenn missjunarju tagħhom jikseb qawwa u ħeġġa li qatt ma jidbielu.
Il-fidi tikber meta ngħixuha bħala esperjenza tal-imħabba li rċevejna u meta nikkomunikawha bħala esperjenza ta’ grazzja u ferħ.” (n.7)
IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2013 – 3 Ħadd Matul is-Sena) “Il-fidi twassalna biex nagħtu l-frott, għax twessa’ ‘l qalbna bit-tama u tagħmilna kapaċi nagħtu xhieda li tagħti l-ħajja:
tiftaħ il-qalb u l-moħħ ta’ dawk li jisimgħu u jwieġbu għall-istedina tal-Mulej biex jisimgħu kelmtu u jsiru dixxipli tiegħu.” (n.7)