340 likes | 2.44k Views
Il-Milied. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/. X’inhu?!. Ħepi K rismis tfal!. Il-Milied it-tajjeb tfal!. Il-kelma milied għandha l-għerq W-L-D . Hija nom mimmat u tifsser iż-żmien meta jseħħ it-twelid. Oġġetti marbuta mal-Milied. i l-presepju. i l-ġulbiena.
E N D
Il-Milied Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/
X’inhu?! Ħepi Krismis tfal!
Il-Milied it-tajjeb tfal! Il-kelma milied għandha l-għerq W-L-D. Hija nom mimmat u tifsser iż-żmien meta jseħħ it-twelid.
Oġġetti marbuta mal-Milied il-presepju il-ġulbiena is-siġra tal-Milied il-kartolini ir-rigali il-Bambin
Oġġetti marbuta mal-Milied id-dwal l-istilla il-girlanda il-ponsjetta il-lelliexa il-qniepen
Ikel tradizzjonali tal-Milied serduq il-forn il-larinġ ta’ Malta il-qagħaq tal-għasel l-imbuljuta il-qastan l-ixkumvat
Il-gawgaw Jgħidu li lejlet il-Milied jgħaddi mostru ikrah ħafna mit-toroq tagħna. Ħadd ma jaf x’sura għandu! Dan jgħidulu l-Gawgaw. Jgħidu wkoll li dawk it-tfal li jkunu twieldu f’nofs il-lejl tal-Milied, iqumu f’nofs ta’ lejl u jsiru l-gawgaw. Għalhekk lil dawn it-tfal jagħtuhom xi biċċa xogħol (bħal jgħoddu t-toqob fl-għarbiel) biex jibqgħu mqajmin. ARA iktar mill-ktieb Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin ta’ Guido Lanfranco.
Xi qwiel marbutin mal-Milied • Il-Milied iġib il-ħelu. Niftakru fil-Milied minħabba l-ħelu u r-rigali. • Mill-Milied sa San Stiefnu. Mil-lum għal għada; fi żmien qasir ħafna. • Meta l-Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt. Jekk fil-Milied tagħmel ix-xita, fl-Għid tagħmel is-sħana.
Kif tista’ tawgura l-festi t-tajba Il-Milied it-Tajjeb! Nawguralek Milied hieni! Bl-isbaħ xewqat għall-Milied u s-sena l-ġdida Jalla jkollok Milied hieni u qaddis! OĦRAJN?
Uża l-Malti dejjem! Il-Milied it-Tajjeb! http://malti.skola.edu.mt