910 likes | 1.31k Views
KA PPELLA TAL-MADONNA TAL-MEDALJA MIRAKULUŻA. LEJLIET IL-MILIED. EJJEW TFAL NGĦOLLU LEĦENNA Ejjew tfal ngħollu leħenna Quddiem dat-tfajjel ħelu tal-Ġenna Dan dak li fis-Sema minn dejjem kien Ejjew immela nkantaw flimkien
E N D
KAPPELLA TAL-MADONNA TAL-MEDALJA MIRAKULUŻA LEJLIET IL-MILIED
EJJEW TFAL NGĦOLLU LEĦENNA Ejjew tfal ngħollu leħenna Quddiem dat-tfajjel ħelu tal-Ġenna Dan dak li fis-Sema minn dejjem kien Ejjew immela nkantaw flimkien Ġesu’ ħelu Bambin ċkejken tiegħi Ejja f’qalbi u għammar miegħi Jiena noqgħod miegħek irrid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid
ll-qalb tiegħi qed tfur bl-imħabba Għax qiegħda tħoss lil Dak li ħabbha Arawh fin-nieqa ejjew ittawlulu U lkoll flimkien nerġħu ingħajtulu Ġesu’ ħelu Bambin ċkejken tiegħi Ejja f’qalbi u għammar miegħi Jiena noqgħod miegħek irrid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid
X’tajtek jien biex int għalija Inżilt f’dal-bard ċkejken Tarbija? Araw x’imħabba ejjew ħal’taraw U lkoll flimkien nerġgħu inkantaw Ġesu’ ħelu Bambin ċkejken tiegħi Ejja f’qalbi u għammar miegħi Jiena noqgħod miegħek irrid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid
Ħallejt, o Alla, s-sema Ħallejt, o Alla, s-sema Biex tgħix fost il-bnedmin; Sirt bniedem wieħed minna Biex tifdi lil ħatjin. Sirt bniedem wieħed minna Biex tifdi lil ħatjin.
O Bambin ċkejken, ħelwa tarbija, Ejja eħlisna, mill-għajb tal-ħtija. O Alla ta’ ħniena! Minn kemm tbatija għaddejt, minħabba dawk li fdejt! Minn kemm tbatija għaddejt, minħabba dawk li fdejt!
Lemħuk u triegħdu l-kwiekeb X’ħin rawk tarbija f’għar, Imqiegħda fuq ftit tiben Bħal ifqar fost il-fqar. Imqiegħda fuq ftit tiben Bħal ifqar fost il-fqar.
W iddew bil-qawwa, biex bl-isbaħ dija, juru ħlewwietek, ‘l Ommok Marija. Oh! magħha tħallina f’dirajna inbennuk, ma’ qalbna inħaddnuk. F’dirajna inbennuk, ma’ qalbna inħaddnuk.
F’LEJL TAX-XITWA F’lejl tax-xitwa ġewwa Betlem, F’kesħa kbira f’għar miftuħ, Daħlet omm u wildet iben, Qalb il-bhejjem li saħħnuh. Dik l-omm fqajra hi Marija, U Ġesu’ dik it-tarbija.
Huwa ġie mis-sema fostna, Ħalla l-kobor ħalla l-ġid, Għax fil-faqar, fit-tbatija, Ried jinħeba l-aqwa Sid. Qalb il-foqra w l-imsejknin, Magħhom kien Ġesu’ Ħanin.
Bħalna beka, bħalna feraħ, Waqt li għex fost il-bnedmin, Mat-triqat fejjaq u għallem, Il-ħabib tal-maħqurin. Ħajtu kollha fit-tiġrib, F’mewtu wkoll fuq is-salib.
Dav id