230 likes | 2.69k Views
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak. Poetessa Maltija li twieldet ir-Rabat Għawdex fl-1905. Ħadmet bħala għalliema fi skejjel primarji u sekondarji f’Għawdex.
E N D
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Poetessa Maltija li twieldet ir-Rabat Għawdex fl-1905.Ħadmet bħala għalliema fi skejjel primarji u sekondarji f’Għawdex. Kitbet diversi poeżiji, esejs, rakkonti u rumanzi. Fil-poeżiji tagħha jispikka ħafna l-element folklorisitku Għawdxi u jidhru ħafna l-annimali, il-ħxejjex, il-ħolqien, l-istaġuni u t-temp. Hija mietet fl-1975.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak SIMILITUDNI PERSONIFIKAZZJONI Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-qattusa ħiemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex, tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-bebbux sejjer jistaħba Ġewwa t-toqba qalb il-blat U l-kelb tħaxken maġenb sidu, Qalbu sewda, nofs skantat.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Ġej il-gawwi, riesaq liebet Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi Qed itellaq “in-nanniet”. PERSONIFIKAZZJONI
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-balluta lil xuxitha Nokkli nokkli qed tagħmilha, F’dar in-nemel ma nafx x’ġara, Fixla u għawġ donnu daħlilha.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-qażquż fit-trab jitmiegħek, Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq U kultant żrinġ kbir, imżattat, Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni, Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduq jidden flgħaxija, Kollu mgħaxxex id-dubbien.
ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak L-isponsun: Witt! witt! witt! witt! Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar … Nies ta’ Malta, xita għandna! Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.