260 likes | 495 Views
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 4 , 7 - 15. Dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom. Ħuti, aħna għandna t-teżor f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li
E N D
Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlulill-Korintin 2 Kor4, 7-15 Dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom.
Ħuti, aħna għandna t-teżor f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l-kobor ta’ din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna. Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda
m’aħniex mgħattnin; imħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa; ippersegwitati, iżda m’aħniex abbandunati; mixħutin mal-art, iżda m’aħniex
meqrudin. F’ġisimna dejjem inġorru l-mewt ta’ Ġesù, biex f’ġisimna tidher ukoll il-ħajja ta’ Ġesù. Għax aħna, għad li qegħdin ngħixu, ninsabu dejjem mogħtija
għall-mewt minħabba f’Ġesù biex il-ħajja ta’ Ġesù wkoll tkun tidher fil-ġisem tagħna li jmut. U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi
aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub: “Emmint, u għalhekk tkellimt”, aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna; għax
nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom. Għax dan kollu minħabba
fikom, biex il-grazzja tilħaq ħafna bnedmin oħra, u b’hekk jitkattar ir-radd ta’ ħajr, għall-glorja ta’ Alla.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Lilek noffri Mulej, sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr
Bqajt nemmen, imqar meta għedt: “Jiena mdejjaq ħafna.” Jien għedt fin-niket tiegħi: “Qarrieq hu kull bniedem.”
Għażiża f’għajnejn il-Mulej hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu. Iva, Mulej, jien qaddej tiegħek,
jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek. Int ħallejtli l-irbit tiegħi.
Lilek noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, u isem il-Mulej insejjaħ. Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, quddiem il-poplu tiegħu kollu.
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Iddu fid-dinja bħal kwiekeb, u żommu sħiħ il-kelma tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 27-32 R:/ GlorjalilekMulej Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: <La tagħmilx adulterju.> Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa
għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk
tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax
aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern. Intqal ukoll: <Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.>
Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu