160 likes | 375 Views
L-Ambjent Ewropew — Stat u dehra 2005. — Deskrizzjoni qasira. X’inhu l-Ambjent Ewropew – Rapport 2005 dwar l-istat u d- dehra 2005 ?. It-tielet rapport ta’ l-EEA dwar l-istat u d-dehra Ir-rapport ta’ qabel inħareġ fl-1999
E N D
L-Ambjent Ewropew — Stat u dehra 2005 — Deskrizzjoni qasira
X’inhu l-Ambjent Ewropew – Rapport 2005 dwar l-istat u d- dehra 2005 ? It-tielet rapport ta’ l-EEA dwar l-istat u d-dehra Ir-rapport ta’ qabel inħareġ fl-1999 Jgħin lill-UE fl-ippjanar u l-evalwazzjoni tal-poltika ambjentali Aspetti ġodda fl-edizzjoni ta’ l-2005
Struttura tar-rapport Ir-rapport ta’ l-2005 jinkludi: • Stima integrata ta’ l-ambjent ta’ l-Ewropa • Għadd ta’ indikaturi prinċipali • Analiżi pajjiż pajjiż • Bibljografija
Titjib Ewropej, għażliet lokali, impatti globali • Il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE fuq l-ambjent tiffunzjona meta tkun implimentata kif xieraq • L-akbar suċċess inkiseb għal dawk is-sorsi ta’ tniġġiż li jistgħu jiġu ġestiti faċilment • Sorsi mferrxin ta’ tniġġiż minn setturi ekonomiċi huma bħalissa l-ikbar sfida • L-użu ta’ l-art, l-konsum u x-xejriet tal-kummerċ huma fost l-aktar li jheddu l-progress ambjentali • ‘It-traċċi’, li qed iħallu warajhom il-konsum u l-kummerċ huma iktar mid-doppju tal-kapaċità bioloġika tagħna
Żieda fl-urbanizmu, l- abbandunar ta’ l-art • L-urbanizmu fl-UE25 żdied għal żona 3 darbiet ikbar id-daqs tal-Lussmeburgu bejn l-1990 u s-sena 2000. Il-fondi ta’ koeżjoni ta’ l-UE kellhom rwol f’dan kollu — lezzjonijiet x’jintgħallmu għall-2007–2013? • L-iżvilupp bla rażan ta’ l-ibliet qed jżid b’mod esaġerat il-pressjoni fuq l-ekosistemi (eż artijiet mistagħra) fiż-żoni tal-madwar. • L-iżvilupp tat-turiżmu qed jitfa’ dejjem iktar pressjoni fuq iż-żoni ta’ mal-kosta li diġà jinsabu affetwati. • Il-prezzijiet baxxi ta’ l-art agrikola ma jħajjarx għall-iżvilupp mill-ġdid ta’ art diġà żviluppata • In-nuqqas ta’ aċċess għal servizzi fiż-żoni rurali u bdiewa li qed jixjieħu jikkontribwixxi għall-abbandunar ta’ art rurali
Il-bidla fil-klima tinsab magħna • It-temperaturi fl-Ewropa jistgħu jitilgħu bejn 2–6 °C dan is-seklu (pparagunat ma’ 0.95 °C is-seklu li għadda, u medja globali ta’ 0.7 °C). • L-impatti mistennija jinkludu nuqqas ta’ ilma, kundizzjonijiet tat-temp iktar estremi, migrazzjonijiet ta’ speċji marini u telf ekonomiku. • Il-mira ta’ Kyoto fuq żmien qasir tista’ tintlaħaq — dik fuq perjodu ta’ żmien itwal sa l-2020 u lil hinn se tkunu iktar diffiċli sabiex tintlaħaq • Is-settur tat-trasport huwa fattur prinċipali. Id-domanda qawwija għat-trasport qed tnaqqas l-impatt benefiku miksub permezz ta’ iktar effiċjenza fil-qasam tal-karburanti. L-emissjonijiet mill-avjazzjoni mistennija jirduppjaw sa l-2030
Progress bil-mod fuq il- ġestjoni tad-domanda ta’ l-enerġija • Id-domanda għall-enerġija għada qed tiżdied, għalkemm iktar bil-mod mit-tkabbir tal-GDP (Prodott Gross Domestiku). Is-suċċessi ta’ l-eko-effiċjenza fis-settur ta’ l-industrija; l-ikbar sfidi fis-setturi tas-servizzi u fid-djar • Jista’ jkollna futur b’inqas emissjonijiet jekk ikun hemm inqas użu ta’ enerġija, iktar enerġija li tiġġedded u aktar effiċjenza fil-qasam ta’ l-enerġija. Imma dan jeħtieġ li jkun hemm azzjonijiet koerenti u fuq żmien twil • Ħafna opportunitajiet għal aktar effiċjenza mhumiex użati biżżejjed speċjalment fid-djar u s-settur tas-servizzi • Investiment għal futur b’emissjonijiet baxxi jista’ jagħti iktar benefiċċji (stmat għal 45 Euro għal kull persuna kull sena, paragunat ma’ l-ispejjeż soċjo-ekonomiċi stmati meta ma jsir xejn f’dan il-qasam li jammontaw għal 300–1 500 Euro għal kull persuna fis-sena)
Aħna iktar b’saħħitna, iżda xorta nibqgħu esposti għal sustanzi ta’ tniġġiż • L-Ewropa irnexxielha tnaqqas l-ismogg u x-xita aċiduża • Madanakollu, t-tniġġiż ta’ l-arja fl-ibliet xorta għadha tikkawża problemi ta’ saħħa f’ħafna ibliet (partikuli u ożon) • Teknoloġija tat-trasport iktar nadifa u ppjanar aħjar ta’ l-ibliet jistgħu jġibu magħhom iktar titjib • L-użu ta’ strumenti bbażati fuq is-suq bħal ħlas għall-konġestjoni li jġib tibdila fl-imġieba jistgħu jkunu effettivi wkoll • L-espożizzjoni għall-kimiċi taffetwa lin-nies fl-Ewropa u lil hinn minnha. Instabu livelli ta’ PCB (Polychlorinated Biphenyls) fil-kampjuni tad-demm ta’ nies mill-Arktiku li huma kkawżati mit-tniġġiż Ewropew li jilħaq il-bogħod. Din hija parti mit-traċċa li tħalli l-Ewropa
Tnaqqis fir-riżorsi naturali • Ħafna popolazzjonijiet ta’ ħut Ewropej huma wżati ż-żejjed, u dan qed jaffetwa l-ispeċji li jinsabu iktar il-fuq fil-katina ta’ l-ikel. Dan il-fatt ikkumbinat mal-bidla fil-klima jħalli l-ekosistemi marini taħt theddida • Il-Biodiversità: Minkejja li sar xi progress, ħafna speċji — għasafar, mammiferi, insetti — jinsabu mhedda minħabba l-fragmentazzjoni ta’ l-abitat. Huma l-pajiżi ta’ l-UE10 li l-aktar li għandhom x’jitilfu • Il-ħamrija ta’ l-Ewropa tinsab mhedda mill-erożjoni, is-‘siġillar’ minħabba li titgħatta minn bini/tarmak eċċ, kontaminazzjoni u tmelliħ — 2 miljun sit huma potenzjalment kontaminati u 100 000 għandhom bżonn li jiġu restorati u mnaddfa • Ilma: Qed tiżdied il-pressjoni fin-Nofsinhar ta’ l-Ewropa u hija mistennija li tibqa’ sseħħ minħabba żieda fit-turiżmu, irrigazzjoni u bidla fil-klima
Il-prevenzjoni tat-tniġġiż, ta’ min issir • Sar ħafna xogħol sabiex jitnaddaf l-ilma tad-drenaġġ — 50 % ta’ l-infiq ambjentali — imma għad baqa’ ħafna x’isir • L-aħjar metodi jikkombinaw investimenti fit-trattament ta’ l-ilma tad-drenaġġ ma’ strumenti ekonomiċi li jnaqqsu l-ilma tad-drenaġġ mis-sors tiegħu • It-tniġġiż ta’ l-ilma mill-agrikoltura tibqa’ problema fl-Istati Membri l-ġodda ta’ l-UE — l-użu tad-demel jiżdied • L-ilma ta’ taħt l-art jieħu għexieren ta’ snin sabiex jitnaddaf • Il-prevenzjoni tiswa inqas flus milli meta jkun hemm bżonn li jsir tindif wara — it-tibdil fil-mod ta’ mġieba eż attivitajiet relatati ma’ l-agrikoltura li jużaw inċentivi taħt il-PAK jistgħu jkunu ta’ għajnuna
X’nistgħu nagħmlu? • L-ekonomija ta’ l-Ewropa tista’ ssir iktar effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-materjali u l-enerġija — l-UE10 għandhom l-iskop li jtejbu l-effiċjenza b’fattur 4 għal-livelli ta’ l-EU ta’ 15 • It-trasferiment tat-teknoloġija, sussidji għall-innovazzjoni u taxxi u flus mitluba għat-tniġġiż jistgħu jikkontribwixxu għall-progress • Aktar integrazzjoni ambjentali meħtieġa fis-setturi li l-aktar jikkontribwixxu għall-pressjonijiet ambjentali — agrikoltura, enerġija, trasport, industrija, djar • It-trasport juri l-benefiċċji ta’ metodi integrati. Dan jikkontribwixxi għat-tniġġiż ta’ l-arja, bidla fil-klima, storbju, ‘siġillar’ tal-ħamrija, fragmentazzjoni ta’ l-abitat u tniġġiż ta’ l-ilma minn livelli globali għal dawk lokali
X’nistgħu nagħmlu? • Tfassil ta’ politika fuq żmien twil u koerenti li tuża s-sinjali mogħtija mis-suq sabiex toħloq produzzjoni u konsum iktar sostenibbli • Ngħaddu għal strumenti tas-suq usa’ u iktar integrati sabiex dawn jikkombinaw flimkien, fis-setturi kollha, l-objettivi għas-sostenibbilità — taxxa ekoloġika u riforma fis-sussidji • Għandu jkun hemm tisħiħ ta’ l-ispejjeż tas-settur pubbliku u dak privat fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta’ l-ambjent sabiex ngħinu lill-Ewropa tikkompeti globalment • Titjib tal-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati u mfassla metodi integrati. Il-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu importanti daqs il-linji politiċi nfushom
Part Ċ — L-Istruttura u xi punti importanti Analiżi pajjiż pajjiż • Ibbażata fuq disa’ indikaturi prinċipali • “Karta tal-punti tal-pajjiż” • L-EEA għażlet liema indikaturi prinċipali għandha tuża għal din l-analiżi
Emmissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra Emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra per kapita, 2002 Emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra per GDP, 2002 Distanza mill-mira ta’ Kyoto, distanza lineari tal-mira, 2002
L-Ambjent Ewropew — Rapport ta’ l- 2005 fuq il-web dwar l-istat u d-dehra • Rapport sħiħ — fajl pdf wieħed għal kull kapitlu • Sommarju eżekuttiv f’25 lingwa • Stqarrija għall-istampa f’25 linwga • Diskorsi • (Vidjo)Konferenza għall-istampa • Animazzjoni flash • Preżentazzjoni powerpoint www.eea.europa.eu