140 likes | 644 Views
L-Annimali kollha Sbieħ. Alla ħalaq ‘l-annimali kollha sbieħ Lilhom hu jrid li aħna nieħdu ħsieb Nitimgħuhom , noħorġuhom Kif ukoll l-ikel nagħtuhom Ejja mela nkantaw flimkien – L-annimali tagħna huma ħbieb Ejja lkoll lilhom nieħdu ħsieb Dawn isebbħu l-ħajja tagħna
E N D
Alla ħalaq ‘l-annimali kollha sbieħ Lilhom hu jrid li aħna nieħdu ħsieb Nitimgħuhom, noħorġuhom Kif ukoll l-ikel nagħtuhom Ejja mela nkantaw flimkien – L-annimali tagħna huma ħbieb Ejja lkoll lilhom nieħdu ħsieb Dawn isebbħu l-ħajja tagħna U jsiru l-ħbieb tagħna U lkoll hekk inkunu ferħana.
Tana l-klieb, qtates u ħut għal ġewwa d-dar L-iljunfanti, il-ġiraffa u oħrajn kbar Lill-għasafar biex itiru U l-flieles tiġieġ isiru Ejja mela nkantaw flimkien - L-annimali tagħna huma ħbieb Ejja lkoll lilhom nieħdu ħsieb Dawn isebbħu l-ħajja tagħna U jsiru l-ħbieb tagħna U lkoll hekk inkunu ferħana.
Ħut tal-ilma ħelu jew tal-baħar Nagħaġ, mogħoż, żwiemel kif ukoll il-baqar Tana l-friefet għal mal-fjuri Biex isebbħu bil-kuluri Ejja mela nkantaw flimkien - L-annimali tagħna huma ħbieb Ejja lkoll lilhom nieħdu ħsieb Dawn isebbħu l-ħajja tagħna U jsiru l-ħbieb tagħna U lkoll hekk inkunu ferħana.
Bħalna agħmel inti u ħu ħsiebhom Għaliex Alla ‘l annimali riedhom Toqtolhomx u taħqarhomx Maħmuġin la tħallihomx Ejja mela nkantaw flimkien - L-annimali tagħna huma ħbieb Ejja lkoll lilhom nieħdu ħsieb Dawn isebbħu l-ħajja tagħna U jsiru l-ħbieb tagħna U lkoll hekk inkunu ferħana.