300 likes | 1.12k Views
Ir-razzett ta’ Ġanni. Jiena Ġanni u għandi razzett l-Imġarr. Kuljum immur sar-razzett tiegħi biex nitma l-annimali u nsaqqi l-ħxejjex. .
E N D
Jiena Ġanni u għandi razzett l-Imġarr. Kuljum immur sar-razzett tiegħi biex nitma l-annimali u nsaqqi l-ħxejjex.
L-ewwel ħaġa li nagħmel fir-razzett hija li noħroġ il-baqra biex tiekol il-ħaxix. Ftit wara immur biex noħroġ il- ħalli jkunu jistgħu jieklu l-ħaxix flimkien.
Min hu r-raġel tal-baqra? • Ħmar • Bodbod • Barri
Wara mmur fl-istalla. Fl-istalla ikun hemm iż żiemel u . Jiena u t-tifel tiegħi morru dawra fuqhom. Aħna nieħdu ħafna gost nduru madwar l-għelieqi tagħna.
X’inhu l-femminil taż-żiemel? • Nagħġa • Debba • Papra
Waqt id-dawra madwar l-għelieqi, naraw nagħġa rieqda mal-ħaruf tagħha qalb it-tiben. Imma kien diġa sebaħ għal . Huwa mar iqajjem lin-nagħġa.
Min hu r-raġel tan-nagħġa? • Muntun • Bodbod • Serduq
Wara li niġu mid-dawra naddi niġbor il-bajd mill-gallinar. Fil-gallinar hemm it-tiġieġa filwaqt li barra diġa hemm jidden.
Min jidden? • Papru • Muntun • Serduq
Prosit! Is-serduq huwa l-maskil tat-tiġieġa. Huwa joqgħod jiddeq filgħodu kmieni.
Il-ġurnata tiegħi tkompli billi mmur ħdejn il-mogħża biex nieħu il-ħaliba tagħha. Ħdejha hemm rieqed.
X’inhu l-maskil tal-mogħża? • Ħmar • Bodbod • Barri
Qabel ma mmur naħdem fl-għelieqi naddi sa ħdejn il-fenek u l- . Jiena nagħtihom x’jieklu u x’jixrobu u għalhekk inkun dort l-annimali kollha fir-razzett tiegħi.
X’inhu l-femminil ta’ fenek? • Fenka • Tiġieġa • Papra