E N D
Karnival 2012 Matthias Buttigieg
Il- Ġimgħa wara nofs in- nhar, jien u l- familja tiegħi morna naraw lill-għalliema tiegħi tiżfen il- Kalkara. L-għada, jien u n- nanna morna l-Belt biex naraw lil kull grupp jiżfen. Jien l-aktar grupp li għoġobni kienil-grupp ta’ Keith Dance Studio. Jien lill-għalliema tieghi u ż-żeffiena l-oħra rajthom ħames darbiet jiżfnu, erba’ darbiet “live” u darba fuq it-televizjoni.
Il-karru tar-Re tal- Karnival jiftaħ l-isfilata. Warajh ikun hemm maskri grotteski, baned u żeffiena, karrijiet kbar. Dawn ikunu kollha kuluri, bid-dwal u mekkaniċi. Kull karru jkollu storja differenti u jkun maħdum fuq mudell għalih.
Iż-żeffiena jkunu mlibbsin kostum kollu kuluri. Ġieli xi kostumi jkunu bir-rix u anki ġieli bil-fjuri.Id-drappikunmiksibiexjoqgħod wieqaf. Wiċċhom ikun miżbugħ u xagħarhom mimli “glitters”.
Il-ħelu tradizzjonali tal- Karnival Malti huwa l-prinjolata u perlini. Fl-antik kienu jghidu “Maskarat tini perlina Għax warajk għandek xadina.” L-aktar ħaġa li għogbitni kienu l- perlini li tatna l- miss. Il-prinjolata ma togħġobnix għax mimlija zokkor.