1 / 28

L-għerf hu raġġ mi d-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgħa tas-setgħa ħaddiema ta’ Alla

Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 7 , 22 - 8,1. Ktieb tal -G ħ erf. L-għerf hu raġġ mi d-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgħa tas-setgħa ħaddiema ta’ Alla.

denton
Download Presentation

L-għerf hu raġġ mi d-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgħa tas-setgħa ħaddiema ta’ Alla

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf7, 22 - 8,1 Ktiebtal-Għerf L-għerf hu raġġ mid-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgħa tas-setgħa ħaddiema ta’ Alla

  2. Fl-għerf hemm spirtu intelliġenti, qaddis, waħdieni, ta’ ħafnagħamliet, fin, u attiv; jinfed fil-fond, u tebgħam’hemmx fih; ċar u ebda ħsara ma tista’ għalih;

  3. iħobb il-ġid u misnun sewwa; xejn ma jżommu u l-ġid jagħmel; iħobb il-bniedem, sod u żgur bla inkwiet; kollox jista’ u fuq kollox jgħasses, u fl-erwieħ kollha jidħol,

  4. imqar f’dawk intelliġenti, safja u fini sewwa. Għax l-għerf jitħarrek aktar minn kull ħaġ’oħra li titħarrek; minħabba s-safa tiegħu jidħol f’kollox u jinfirex ma’

  5. kullimkien. Hu bħal daħna ħafifa tas-setgħa ta’ Alla, nixxiegħa safja tal-glorja ta’ Dak li jista’ kollox; għalhekk xejn imdennes ma jidħol fih. Hu raġġ tad-dawl ta’ dejjem, mera bla

  6. tebgħa tas-setgħa ħaddiema ta’ Alla, u xbieha tat-tieba tiegħu. Għalkemm hu waħdu, kollox jista’, jibqa’ dak li hu fih innifsu, u jġedded kollox; minn żmien għal

  7. żmien jidħol f’erwieħ qaddisa, u jagħmilhom ħbieb ta’ Alla u profeti. Xejn ma jħobb Alla, jekk mhux dak li jgħix mal-għerf. Għax l-għerf jiddi aktar mix-xemx, u

  8. aqwa minn kull ġemgħa ta’ kwiekeb, mxebbah mad-dawl, hu isbaħ minnu. Wara dawl il-jum jiġi dlam il-lejl; imma l-għerf l-ebda ħażen ma

  9. jista’ għalih. Jinfirex minn tarf sa tarf tal-art bil-qawwa, u jmexxi kollox bil-ħlewwa.

  10. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  11. Salm Responsorjali R:/ Għal dejjem, Mulej, il-kelma tiegħek

  12. Għal dejjem, Mulej, il-kelma tiegħek; hi mwaqqfa fis-sod fis-smewwiet.

  13. Minn nisel għal nisel il-fedeltà tiegħek; fuq l-art waqqaftha, u żammet fis-sod.

  14. R:/ Għaldejjem, Mulej, il-kelmatiegħek

  15. B’digriet tiegħek għadhom sħaħ sal-lum; għax kollox hu għall-qadi tiegħek. It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl, ifiehem lil min ma jafx.

  16. R:/ Għaldejjem, Mulej, il-kelmatiegħek

  17. Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, għallimni l-kmandamenti tiegħek.

  18. Ħa nibqa’ ħaj, biex infaħħrek! Ikunu d-digrieti tiegħek l-għajnuna tiegħi!

  19. R:/ Għaldejjem, Mulej, il-kelmatiegħek

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena d-dielja, intom il-friegħi, jgħid il-Mulej; min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq17, 20-25 GlorjalilekMulej Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.

  22. F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidħru; lanqas ħadd ma hu se

  23. jgħid: <Arawha, hawn,> jew: <Hemm>, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!” Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta

  24. tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx. U jgħidulkom: <Arawh, hawn hu,> jew: <Arawh, hemm hu!> Tmorrux, tiġrux warajhom. Għax

  25. bħalma berqa tleħħ u tiddi minn tarf għal ieħor tas-sema, hekk jidher Bin il-Bniedem nhar il-Jum tiegħu. Iżda qabel xejn hu għandu jbati ]afna

  26. minn dan in-nisel u jkun miċħud minnu.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related