441 likes | 2.5k Views
5.1.1 Il-Preistorja. Iż-żmien ta' qabel mal-bniedem ivvinta l-kitba. Pre = qabel iStorja = il-ġrajja ( miktuba ) tal-bniedem. Malta qabel ġew in-nies. Malta mhux minn dejjem kienet gżira. Fiż-Żmien is-Silġ (Ice Age) il-livelli tal-baħar kien ħafna anqas min-normal.
E N D
5.1.1Il-Preistorja • Iż-żmien ta' qabel mal-bniedem ivvinta l-kitba. • Pre = qabel • iStorja = il-ġrajja (miktuba) tal-bniedem
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Malta qabel ġew in-nies. Malta mhux minn dejjem kienet gżira. Fiż-Żmien is-Silġ (Ice Age) il-livelli tal-baħar kien ħafna anqas min-normal. Malta ma kinitx teżisti bħala gżira sa madwar 12-il elf sena ilu.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Għar Dalam Għar Dalam (Birżebbuġa) huwa prova li Malta mhux dejjem kienet gżira. Fih instabu fossili ta' annimali li huma estinti (iljunfanti u ippopotami nani). Dan l-għar huwa wkoll wieħed mill-ewwel postijiet li fih beda jgħix il-bniedem meta ġie Malta.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ir-Rivoluzzjoni Neolitika. Qabel il-miġja tiegħu f'Malta l-bniedem kien żviluppa l-biedja. Il-klima aktar sħuna u stabbli ta' wara Żmien is-Silġ kienet kontribut importanti f'din ir-Rivoluzzjoni. Rivoluzzjoni Neolitika = il-bidla li għamel il-bniedem minn KAĊĊATUR nomadu għalBIDWI sedentarju. Sar jaf jiddomestika l-annimali u l-ħxejjex u jgħix ġewwa djar u villaġġi.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-ewwel bnedmin f'Malta. Qasmu minn Sqallija madwar 7000 sena ilu (5000 Q.K.) Ġabu magħhom il-biedja – it-tagħrif dwar kif tipproduċi l-ikel. Kienu jgħixu f'għerien (Għar Dalam) u villaġġi (eż. Skorba).
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Taqsimiet tal-Preistorja Maltija.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien in-Neolitiku (1) In-nies bnew villaġġi u kienu jgħix mill-biedja. Kienu jużaw għodda magħmula mill-ħaġar(iż-żnied, li kien jinġab minn Sqallija u gżejjer oħra). Kellhom reliġjon ibbażata fuq it-twemmin fl-alla tal-fertilita'.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien in-Neolitiku (2) In-Neolitiku f'Malta jinqasam f'3 FAŻIJIET li jirriflettu tipi differenti ta' fuħħar. Il-fażijiet ta' Skorba huma msemmija għall-kulur tat-tafal (griż jew aħmar).
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-oqbra tax-Xemxija. Tħaffru fil-blat fuq l-għolja li tagħti għal fuq il-bajja ta' San Pawl il-Baħar. Huma l-prototip (mudell) li fuqhom inbnew it-tempji megalitiċi ta' Żmien ir-Ram.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (1)(jew, Żmien it-Tempji) Minkejja l-isem, l-għodda f'dan il-perjodu kienet magħmula mill-ħaġar. Matul dan il-perjodu nbew it-tempju megalitiċi kollha ta' Malta Mega = kbir litiku = ġebel
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (2) It-tempji ġew kollha mibnija fl-aħħar 4 fażijiet.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (3)Pjanta tat-tempji It-tempji megalitiċi kollha għandhom l-istess pjanta bażika: kmamar nofs tond, b'daħla trilittika (3 ħaġriet). Normalment, l-aktar kamra importanti kienet dik ta' faċċata d-daħla.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Daħla trilittika. Kull tempju għandu daħla magħmula minn 3 ħaġriet; tnejn weqfin u waħda mimduda fuqhom.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Minn tempju sempliċi b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija huma eżempji tajbin.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Minn tempju sempliċi b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija huma eżempji tajbin.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Simboli fit-tempji. Simboli tal-FERTILITA': Statwi ta' nisa ħoxnin Tinqix t'annimali (magħoż, barrin, ħmir) Simboli tal-ĦAJJA ETERNA: Spirali Hut Serp Siġra
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. UNESCO World Heritage Sites Dawn it-tempji megalitiċi huma meqjusa ta' importanza kbira għall-kultura dinjija: Hypogeum of Ħal-Saflieni Ġgantija Ħaġar Qim Mnajdra Ta'Hagrat Skorba Tarxien
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni Jinstab f'Raħal il-Ġdid. Huwa mħaffer fil-blat fuq 3 livelli. Huwa tempju u nekropoli (ċimiterju). Kmamar importanti jikludu: l-Kamra tal-Oraklu, is-Sancta Sanctorum.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien il-Bronż. In-nies li bnew it-tempji spiċċaw. Ħadd ma jaf kif. Minflok ġew nies ġodda, minn Sqallija wkoll, li ġabu magħhom għodda tal-bronż.
Dolmen. • Dolmen hija struttura megalitika magħmula minn ġebla kbira ħafna mimduda fuq ġebel ieħor biex jinħoloq spazju taħt. • X'aktarx kienet qabar. L-aħjar eżempji ta' dolmens jinstabu f'Ta' Ċenċ, Għawdex. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Menhir. Menhir hija ġebla twila wieqfa. L-użu tagħha mhux magħruf. Eżempju tajjeb ta' menhir tinsab f'Hal Far.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Irħula fortifikati (1). Hemm numru ta' irħula fortifikati ta' Żmien il-Bronż. Borġ in-Nadur huwa eżempju tajjeb. Mibni fuq għolja, qrib tempju megalitiku antik.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Irħula fortifikati (2). Borġ in-Nadur għandu ħajt difensiv (għoli 4 metri f'xi partijiet) li jdwwar parti mir-raħal.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ġwiebi forma ta' qanpiena. Il-villaġġi ta' Żmien il-Bronż kellom numru ta ġwiebi forma ta' qanpiena. Fihom kien jinħażen il-qamħ jew xi tipi ta' ċerejali oħra.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ċimiterju Tarxien. It-tempju megalitiku ta' Tarxien kien użat bħala krematorju fi Żmien il-Bronż. Jidher li it-twemmin tal-kultura l-ġdida kien differenti minn dik ta' Żmien ir-Ram.
John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Cart-Ruts (raddi tar-roti) Il-'cart-ruts' huma sensiela ta' raddi maqtugħa fil-blat f'pari. Ħadd ma jaf għal xiex kienu jintużaw. L-aħjar eżempji jinstabu bejn il-Buskett u l-irdumijiet ta' Dingli (Clapham Junction).