390 likes | 3.49k Views
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam .
E N D
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta • Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 • Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. • Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. • Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja dejjem x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter tiegħek.
Il-Kavallieri jmorru l-Birgu Il-belt kapitali ta’ Malta fl-1530 kienet l-Imdina. Billi l-Imdina kienet bogħod mill-baħar, il-Kavallieri marru joqogħdu l-Birgu Fil-Birgu bnew Sacra Infermeria (sptar) Bnew ukoll xi bereġ Huma dawru l-belt tal-Birgu bis-swar.
Il-Birgu Fil-Birgu, il-Kavallieri għamlu ħafna xogħol Fl-istampi li ġejjin se tara diversi xogħlijiet li l-Kavallieri wettqu bejn l-1530 u l-1566 sakemm iddeċidew li jibnu Belt Ġdida. Għalhekk nistgħu ngħidu li bejn l-1530 u l-1572, il-Belt Kapitali ta’ Malta kienet il-BIRGU.
Il-Kastell Sant Anġlu Fil-ponta tal-peniżola tal-Birgu kien hemm il-Castello a Mare, jew aħjar kif nafuh illum, il-Kastell Sant Anġlu. Il-Kavallieri mill-ewwel saħħew dan il-kastell, bl-iskop li jiddefendu d-daħla tal-Port il-Kbir.
Bejn il-Kastell u l-belt tal-Birgu, il-Kavallieri ħaffru MANDERAGGIO jew aħjar mandraġġ. Hawnhekk il-Kavallieri kienu jdaħħlu x-xwieni tagħhom waqt xi attakk mill-għedewwa. L-għedewwa tal-Kavallieri kienu t-Torok Ottomani. Il-Manderaggio
Il-Bereġ Il-Kavallieri kellhom tmien lingwi differenti. Fil-Birgu mill-ewwel ħasbu biex kull lingwa jkollha BERĠA – jew palazz. Interessanti li fil-Birgu kien hemm ukoll il-Berġa ta’ l-Ingilterra li wara ma reġgħetx inbniet fil-Belt Valletta bħall-bereġ l-oħra.
Il-Collachio Kemm ġewwa Rodi, kif ukoll fil-Birgu il-Kavallieri iddisinjaw COLLACHIO. Il-Collachio kienet biċċa mill-belt riservata għall-Kavallieri biss. Fil-Collachio tal-Birgu, wieħed għadu jista’ jara l-Bereġ u s-Sacra Infermeria, jew aħjar l-isptar ta’ l-Ordni. Dan il-bini fil-Birgu, li qabel kien is-Sacra Infermeria, illum huwa l-kunvent tas-sorijiet Beneditttini tal-Klawsura.
Iktar bereġ Fil-Collachio, li llum inkesa b’paviment li tassew jixraq lill-belt antika tal-Birgu, nistgħu naraw diversi bereġ. L-istil arkitettoniku li fuqu nbnew il-bereġ tal-Birgu huwa dak RINAXXIMENTALI. Fl-istil Rinaxximentali, il-faċċata kienet tinħadem lixxa u mingħajr kumplikazzjonijiet.
Billi l-Kavallieri investew enerġija u flus fil-Birgu, huma dawru l-belt kapitali tagħhom bis-swar. Sal-lum dawra mal-Birgu għadha turik sensiela ta’ swar tassew b’saħħithom immens. Is-Swar tal-Birgu
Dragut jattakka lil Malta • Test importanti għall-Birgu wasal fl-1551, fi żmien il-Granmastru D’Homedes. • Il-mexxej Tork Dragut attakka l-Gżejjer Maltin. • Huwa daħal bla xkiel fil-Port ta’ Marsamxett. • Niżel l-art, seraq li sab u ħarbat kulma ma setax jieħu miegħu. • Il-Birgu pero` ma kellux biex jirbħu. • Dragut baqa’ sejjer Għawdex, rebaħ il-gżira u kaxkar lill-popolazzjoni kollha fl-iskjavitu`. • Fi triqtu lura lejn id-dar, Dragut rebaħ ukoll Tripli li dak iż-żmien kellha difiża organizzata mill-Kavallieri.
Wara Dragut • Wara l-attakk ta’ Dragut, il-Kavallieri ma qatgħux qalbhom imma meddew għonqhom għax-xogħol. • Bnew il-Forti Sant Jiermu. • Dawru l-Isla bis-swar. • Bnew il-Forti San Mikiel fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-Isla. • Saħħew iktar il-Kastell Sant Anġlu.
L-Assedju l-Kbir • Hekk wasalna għall-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. • Flotta Torka attakkat il-Gżejjer Maltin. • Il-Kavallieri u l-Maltin, immexxija mill-Granmastru La Valette, għelbu l-qawwiet Ottomani. • L-unika fortizza li rebħu t-Torok kien il-Forti Sant Jiermu. • Il-Birgu, l-Isla, il-Kastell Sant Anġlu u l-Forti San Mikiel żammew iebes.
Wara l-Assedju • Il-Birgu ingħata t-titlu li baqa’ jġib sal-lum, CITTA` VITTORIOSA – il-belt qatt mirbuħa. • L-Isla ssejħet SENGLEA – għall-Ganmastru La Sengle li bniha. • Il-Kavallieri taw bidu għall-bini ta’ belt kapitali ġdida – VALLETTA. • Il-pjazza prinċipali tal-Birgu ingħata l-isem ta’ MISRAĦ IR-REBĦA.