240 likes | 1.41k Views
Mikiel Anton Vassalli 1764-1829. • il-Kavallieri • il-Franċiżi • l-Ingliżi. Mikiel Anton Vassalli. Taħt il-Kavallieri Bidwi Studja Ruma Professur tal-Għarbi Kotba fuq il-Malti Politika > il-ħabs (ir-Rikażli). Mikiel Anton Vassalli. Taħt il-Franċiżi Ferħa bla temma
E N D
Mikiel Anton Vassalli1764-1829 • il-Kavallieri • il-Franċiżi • l-Ingliżi
Mikiel Anton Vassalli Taħt il-Kavallieri • Bidwi • Studja Ruma • Professur tal-Għarbi • Kotba fuq il-Malti • Politika > il-ħabs(ir-Rikażli)
Mikiel Anton Vassalli Taħt il-Franċiżi • Ferħa bla temma • Il-ħabs (l-Imdina)
Mikiel Anton Vassalli Taħt l-Ingliżi • Eżilju • Jirritorna fqir • Professur tal-Malti
Student > Professur • Beda l-iskola ta’ 17-il sena • Ġabar il-qwiel ta’ 19-il sena • Kien student f’Ruma ta’ 21 sena u laħaq professur tal-Għarbi ta’ 23 sena • Stampa l-grammatika ta’ 27 sena • Ħareġ id-Dizzjunarju ta’ 32 sena
Missier l-Ilsien Malti • Grammatika: talp > talb (l-għerq t.l.b) • Dizzjunarju: nimxi > mexa (x’għamel hu?) • Il-qwiel: il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa bħal ħatba
Impenn fil-politika u l-effetti tiegħu • Talab lill-Kavallieri biex il-Maltin jidħlu fil-gvern magħhom • Ħejja rewwixta kontra l-Kavallieri imma nkixef • Kiel il-ħabs darbtejn (taħt il-Kavallieri u taħt l-Ingliżi) • Ġarrab l-eżilju
Politika għall-edukazzjoni • Tagħlim għall-klassijiet soċjali kollha • Il-lezzjonijiet kollha jsiru bil-Malti
X’kienu jitgħallmu dak iż-żmien? • Latin, Franċiż u Taljan • Mużika • Matematika
Ir-riforma tal-edukazzjoni mħejjija minn Vassalli • L-edukazzjoni dritt tat-tfal kollha • Edukazzjoni mingħajr ħlas • Il-litteriżmu kien iqisu s-sitt sens
Edukazzjoni prattika, biex tikseb vantaġġi materjali • Qari għall-bdiewa • Kontabilità għan-negozjanti • Ġeografija għall-baħrin • Is-snajja’ lil min jitlobhom
Min se jmexxi l-edukazzjoni? • L-istat, mhux il-Knisja • Il-Knisja tipprovdi l-kappelli
Vassalli fi kliem il-Poeta “Malta safi tassew!” joħroġ minn fommi; mhux għax għallimtna l-ġmiel, is-saħħa, il-għana tal-lsien li tkellmu bih ommok u ommi, iżd’għax ħabbejtha lil din l-art ħanina, u kont ewlieni fost in-nisel tagħna li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina. Lil Mikiel Anton Vassalli – Dun Karm Psaila
Fil-qosor: • Twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764. Miet fit-12 ta’ Jannar 1829 • Qabeż għall-Maltin fi żmien il-Kavallieri, il-Franċiżi u l-Ingliżi. • Safa arrestat u eżiljat minħabba t-twemmin patrijottiku tiegħu. • Studja l-lingwi Għarab fl-Univeristà La Sapienza, Ruma, u sar l-ewwel professur tal-Malti. • Kien l-ewwel lettur li għallem il-Malti l-Università. • Matul ħajtu ppubblika dizzjunarju tal-Malti, grammatika tal-Malti u ġabra ta’ qwiel. • Vassalli huwa magħruf “Missier l-Ilsien Malti”.