280 likes | 568 Views
Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. 1 Tim 6 , 2ċ-12. Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja.
E N D
Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl AppostlulilTimotju 1Tim 6, 2ċ-12 Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja.
Għażiż, dan għallem u wissi. Min jgħallem ħaġa oħra, min ma joqgħodx għall-kliem utieq ta’ Sidna Ġesù Kristu u għat-tagħlim skont it-tieba, dan ikun supperv u ma jkun
jaf xejn, marid bil-marda tal-tilwim u kliem li ma jġibx ħlief għejra u ġlied, tkasbir u suspetti ħżiena; u tilwim bejn nies ta’ moħħhom maqlub u nieqsa mill-verità; u
mingħalihom it-tieba qiegħda għal qligħ il-flus. It-tieba fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b’dak li għandu; għax aħna xejn ma ġibna fid-dinja, u xejn ma
nistgħu nieħdu magħna; sakemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina. Imma dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f’hafna
xewqat bla sens u ta’ ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien. Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta’ kull ħażen; kien ħtija ta’ din ir-regħba li xi wħud ħarġu barra mit-triq
tal-fidi u nfnew b’niket kbir. Imma int, bniedem ta’ Alla, aħrab dan kollu; fittex li jkollok il-ġustizzja, it-tieba, il-fidi, l-imħabba, is-sabar,
il-ħlewwa. Tqabad it-taqbida t-tajba tal-fidi; qis li tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhieda.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet
Għax għandi nibża’ mill-jiem ħżiena, meta jdur għalija l-ħażen ta’ dawk li jonsbuni?
F’ġidhom it-tama tagħhom; jiftaħru bil-kotra tal-għana tagħhom.
R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet
Ħadd ma jista’ jifdi lilu nnifsu, jew jagħti lil Alla l-prezz tal-fidwa tiegħu. Għoli wisq il-prezz ta’ ħajtu,
qatt ma jkun biżżejjed, biex wieħed jgħix għal dejjem u ma jara qatt il-qabar.
R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet
Tibżax meta xi ħadd jistagħna, meta joktor il-ġieħ ta’ daru. Għax xejn ma jieħu f’mewtu, ġieħu ma jinżilx warajh.
R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet
Imqar jekk f’ħajtu jħoss ruħu hieni, u jgħid li jfaħħruh għax jgħaddiha tajjeb;
imur ukoll mal-ġemgħa ta’ missirijietu, li qatt aktar ma jaraw id-dawl.
R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet
Hallelujah, Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. Hallelujah, Hallelujah
Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq8, 1-3 • R:/ GlorjalilekMulej Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kienu jaqduhom minn ġidhom.
F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom
mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi,
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu