310 likes | 586 Views
NIB N U FUQ IL-BLAT 9 Ħadd Matul is-Sena A. ofm.org.mt. L-1 Qari Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju Dewt 11, 18. 26-28. Mose’ kellem lill-poplu u qal: “Intom tqiegħdu dawn il-kelmiet f’qalbkom u f’ruħkom, u torbtuhom bħala sinjal ma’ idkom, u jkunu bħal filatterji bejn għajnejkom.
E N D
NIBNU FUQ IL-BLAT9 Ħadd Matul is-Sena A ofm.org.mt
Mose’ kellem lill-poplu u qal: “Intom tqiegħdu dawn il-kelmiet f’qalbkom u f’ruħkom, u torbtuhom bħala sinjal ma’ idkom, u jkunu bħal filatterji bejn għajnejkom.
Araw, jiena llum qed inqiegħed quddiemkom barka u saħta: il-barka, jekk tħarsu l-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, li jien illum qiegħed nordnalkom;
u s-saħta, jekk ma tħarsux il-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, imma twarrbu mit-triq li jiena llum qiegħed nordnalkom, biex timxu wara allat oħra li ma kontux tafu bihom.’’
Mulej, kun blata tal-kenn għalija. SALM RESPONSORJALISalm 30
Fik, Mulej, jien nistkenn;tħallini qatt ninfixel!Fil-ġustizzja tiegħek, eħlisni.Ressaq widintek lejja,fittex eħlisni!
R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.
Kun blata tal-kenn għalijafortizza qawwija li ssalvani.Tassew blata tiegħi u fortizza tiegħi int;f’ġieh ismek, mexxini u wassalni.
R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.
Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek;fit-tjieba tiegħek eħlisni.Issaħħu u qawwu qalbkom,intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej.
R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.
IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Rum 3, 21-25a.28
Ħuti: Issa l-ġustizzja ta’ Alla ntweriet, u ntweriet mingħajr il-liġi, għad li l-liġi u l-profeti jixhdu għaliha:
ġustizzja ta’ Alla mogħtija permezz tal-fidi f’Ġesu’ Kristu lil dawk kollha li jemmnu.U ma hemmx għażla.
Ladarba l-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla, huma jsiru ġusti bil-grazzja tiegħu, li hu jagħtihielhom minn rajh,
permezz tal-fidwa li hemm fi Kristu Ġesu, li Alla qiegħdu bħala mezz ta’ maħfra bid-demm tiegħu, maħfra li tinqala’ bis-saħħa tal-fidi.
Għax aħna għandna fehma sħiħa li hu permezz tal-fidi li l-bniedem isir ġust, mingħajr l-opri tal-liġi.
Hallelujah. Hallelujah.Fehimni, Mulej, biex inżomm il-liġi tiegħeku nħarisha b’qalbi kollha.Hallelujah.
F’dak iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu; “Mhux kull min igħidli, “Mulej, Mulej’’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, imma kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.
F’dak li-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna? U mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’’
Imbagħad jien ngħidilhom, “Lilkom qatt ma kont nafkom; warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen.’’
Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qed ngħid, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.
Niżlet ix-xita, ġew l-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġarrfuhiex, għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat.
Imma min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qed ngħid, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.
Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġarrfuha. U kbira kienet il-qerda tagħha.’’
NIBNU FUQ IL-BLAT9 Ħadd Matul is-Sena A ofm.org.mt