1 / 27

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna. David Agius Muscat EO (Malti) Antoinette Debattista EO ( Primary Curriculum English ) http://www.curriculum.gov.mt/. L-osservazzjoni Id-dijanjosi Il-metod i. Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?. Na għżl u testi li jimmotivawhom

frey
Download Presentation

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna David Agius Muscat EO (Malti)Antoinette Debattista EO (Primary Curriculum English)http://www.curriculum.gov.mt/

  2. L-osservazzjoni • Id-dijanjosi • Il-metodi

  3. Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi? • Nagħżlutesti li jimmotivawhom • Ninkoraġġuhom jaqraw billi jaraw lilna naqraw ukoll u jarawna nieħdu pjaċir • Ninkoraġġuhom biex jiktbu billi jaraw lilna niktbu wkoll u nesprimu l-ħsibijiet tagħna bil-kitba • Nuruhom kif il-lingwa li nitgħallmu tgħinna nikkomunikaw bejnietna u nifhmu lil xulxin • Nagħtuhom attivitajiet li juru l-kitba u l-qari f’kuntest u mhux xi ħaġa maqtugħa għaliha • Ninvolvu l-komunità

  4. INTI MA TAF XEJN Enfasi fuq l-iżball jista’ jiċċertifika t-tifel għal għomru

  5. It-tfal huma kreattivi u għalhekk għandhom bżonn ta’ tagħlim kreattiv It-tfal iridu jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir

  6. Immira sew

  7. Mexxi t-tfal fit-triq li ppjanajt int • Qis li t-tfal huma • ffokati fuq ix-xogħol • li jridu jwettqu • Ippjana l-ħin għal • kull biċċa xogħol li • trid titwettaq u żomm • mal-ħin kemm tista’ • Agħlaq il-lezzjoni • billi tanalizza • mal-klassi dak li • kienu qed jagħmlu

  8. Kif se nqassam il-klassi tiegħi? • It-taqsima tal-logħob • It-taqsima tas-smigħ u t-taħdit • It-taqsima tal-qari (il-librerija tal-klassi) • It-taqsima tal-kitba • It-taqsima tat-teknoloġija

  9. Kif se ngħallem? • Naqraw u niktbu flimkien • (shared reading and writing) • Naqraw u niktbu fi gruppi • żgħar (guided reading and • writing sessions and • independent literacy work) • Naqraw u niktbu fis-skiet • Noħolqu ċrieki letterarji • Naqraw u niktbu f’pari

  10. Il-qari

  11. Naqraw flimkien (shared reading) • Aqra storja minn ktieb kbir u t-tfal isegwu • Introduċi l-idea tal-istampar • Għallem kliem ġdid • Saqsihom x’jista’ jiġri wara ...

  12. Naqraw fi gruppi żgħar(guided reading) • Aqsam il-klassi fi • gruppi żgħar • Introduċi t-test • Qabbad lit-tfal jaqraw waħedhom • Osserva u għin lit-tfal individwalment • Saħħaħ il-qari fl-aħħar tal-attività • Sadanittant l-istudenti l-oħrajn ikunu qegħdin jaħdmu attivitajiet oħrajn tal-qari jew tal-kitba

  13. Naqraw f’pari(paired reading) • It-tfal jistgħu jagħżlu s-sieħeb tagħhom • Jaqraw lil xulxin • Jekk ma jafux jaqraw jistgħu • jirrakkuntaw l-istorja fi kliemhom

  14. Naqraw waħedna(independent reading) Ngħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex finalment jaslu għall-qari indipendenti

  15. Il-kitba

  16. Niktbu flimkien(shared writing) • It-tfal kollha jaraw il-bord • Issir diskussjoni fuq it-topik • li jkunu se jiktbu fuqu • Jista’ jkun rakkont familjari, żjara, kitba ta’ ittra, • poeżija, tabella għall-klassi ... • Qabel ma tikteb l-għalliema tgħid is-sentenza sew • lit-tfal, u flimkien jiddiskutuha • Turi li l-kitba għandha bżonn ir-riflessjoni • L-għalliema tikteb is-sentenza u turi karattersitiċi • fiha, bħal, ngħidu aħna, il-punteġġjatura • Diskussjoni u reviżjoni

  17. Niktbu fi gruppi żgħar(guided writing) • L-għalliema taqsam il-klassi fi gruppi żgħar • L-għalliema tagħti prompt (lista tax-xiri, messaġġ għal Jum l-Omm, reċta qasira, poeżija ...) • Ir-rwol tal-għalliema jkun li tgħin lit-tfal meta jkunu se jeħlu u li tinkoraġġihom jaħsbu fuq il-kitba tagħhom

  18. Jikteb l-iskriba • L-għalliema tistieden persuni li jafu jiktbu sew ħalli jiktbu flok it-tfal waqt li t-tfal ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-ideat • Sodisfazzjon u motivazzjoni

  19. Il-konsulta mal-għalliema • Kif sejjer bil-kitba? • X’taħseb li se tagħmel wara din il-parti? • Taħseb li tista’ żżid xi ħaġa oħra biex toħloq iktar interess? • Tista’ żżid iktar informazzjoni għall-qarrej? • X’taħseb b’din il-kitba wara li tlestiha? • Kuntent kif inhi ġejja?

  20. Il-konsulta ma’ tifel ieħor • Semmi żewġ affarijiet tajba li laqtuk • Saqsi jekk ma tkunx fhimt xi ħaġa • Issuġġerixxi żewġ modi kif ittejjeb din il-kitba

  21. Il-kitba trid timmotiva lit-tfal

  22. Il-ħin fil-klassi għall-qari u l-kitba • Il-ħin li tiddedikah għall-qari ta’ storja tista’ tużah għal qari flimkien (shared reading) • Idealment uża kwarta kuljum mil-lezzjoni tal-lingwa għal qari fi gruppi (guided reading) • Is-sessjonijiet tal-qari u s-sessjonijiettal-librerija huma ddedikati għal qari għal gost

  23. Fit-3 Sena u fit-2 Sena (it-tieni term) nirrakkomandaw lezzjoni waħda fil-ġimgħa (45 min.) għat-tagħlim tal-istrateġiji tal-fehim tal-qari • Lezzjonijiet tal-kaligrafija fl-1 Sena u fit-2 Sena (30 min. X 2 kull ġimgħa) jistgħu jinkludu strateġiji tal-ortografija • Il-lezzjonijiet tal-lingwa jinkludu t-tagħlim tal-proċess tal-kitba

  24. Fil-prattika • Nużaw kotba kbar • Nippreżentaw il-lingwa f’kuntest • Nagħmlu inqas enfasi fuq taħriġ fuq il-karti • Nuru kif aspetti tal-qari u tal-kitba jgħinu biex nikkomunikaw aħjar • Nagħtu lezzjonijiet qosra imma regolari • Nużaw testi sħaħ bħala l-bażi tat-tagħlim biex ngħallmu vokabularju, kif jagħrfu l-ittri, u karatteristċi oħrajn ta’ test miktub

  25. Attivitajiet għall-qari u għall-kitba • tabelli, kepxins jew kummenti qosra għal tpinġijiet jew mudelli • kotba magħmulin mit-tfal stess biex jaqrahom ħaddieħor • kartolini jew ittri li jitolbu tweġibiet • stediniet lill-ġenituri għal xi ċerimonja fl-iskola • gazzetti tal-klassi bil-kitbiet tat-tfal

  26. Żomm f’moħħok dawn: • Ippjana b’tali mod li tkun konkret u realistiku, u inkludi wkoll lill-assistenti tiegħek • Evalwa lill-istudenti tiegħek kontinwament u bil-kitba • Ara li l-ispazju tal-klassi huwa utilizzat tajjeb • Żomm atmosfera serena fil-klassi

  27. It-TmiemGRAZZI

More Related