260 likes | 974 Views
Il-Qattus. Paul Callus Poeżiji li ma jmutu qatt - m i nn Id -Denfil tar-4 Sena , 1974. Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji. X’għandu l-qattus?. il-pil. i l - musta ċċi. id-denb id-dnub. id-dwiefer id-difer. Il-Qattus. Paul Callus. Id-dar g ħandi qattus ċkejken
E N D
Il-Qattus Paul Callus Poeżiji li ma jmutu qatt - minn Id-Denfil tar-4 Sena, 1974 Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji
Il-Qattus Paul Callus
Id-dar għandi qattus ċkejken bil-mustaċċi, denbu twil, rasu tonda, għajnejh ħodor, tant hu ħelu u fidil.
Meta norqod jiġi ħdejja fuq is-sodda biex jistrieħ, idur kobba u jitgeddes, ma jkollix qalb inkeċċih.
Xi daqqiet ikun imqareb meta jżarrat il-liżar, jew tapit jew il-pultruna, u l-purtieri ta’ ġod-dar.
Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut.
Trid tarah jaqbeż fil-bitħa u jiġġebbed għad-dubbien, ma’ xi zokk isinn id-dwiefer u jħokk dahru mal-bibien.
Il-qattus u jien ħbieb sewwa, aħna t-tnejn għadna ftit żgħar, mhux ta’ b’xejn illi jsejħulna il-fessudi ta’ did-dar!
Il-Qattusta’ Paul Callus Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut. Id-dar għandi qattus ċkejken bil-mustaċċi, denbu twil, rasu tonda, għajnejh ħodor, tant hu ħelu u fidil. Meta norqod jiġi ħdejja fuq is-sodda biex jistrieħ, idur kobba u jitgeddes, ma jkollix qalb inkeċċih. Il-qattus u jien ħbieb sewwa, aħna t-tnejn għadna ftit żgħar, mhux ta’ b’xejn illi jsejħulna il-fessudi ta’ did-dar! Xi daqqiet ikun imqareb meta jżarrat il-liżar, jew tapit jew il-pultruna, u l-purtieri ta’ ġod-dar. Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut. http://malti.skola.edu.mt
Mjaw! http://malti.skola.edu.mt