220 likes | 530 Views
Familja wa ħ da fil-Knisja ta’ Ġ esu’. Lejn il-Missier 6 Lezzjoni 12 Paul A. Rapa. X’qe għ din taraw fir-ritratt? X’ta ħ sbu li ġ ara? Għ aliex ta ħ sbu li l-bnedmin mhumiex kapa ċ i j għ ixu fil-pa ċ i?. Għ aliex da ħ al il- ħ a ż en fid-dinja?.
E N D
Familja waħda fil-Knisja ta’ Ġesu’ Lejn il-Missier 6 Lezzjoni 12 Paul A. Rapa
X’qegħdin taraw fir-ritratt? X’taħsbu li ġara? Għaliex taħsbu li l-bnedmin mhumiex kapaċi jgħixu fil-paċi?
Għaliex daħal il- ħażen fid-dinja? Il-ħażen daħal għaliex l-ewwel bnedmin ma ridux jobdu u jafdaw lil Alla. Għamlu ta’ rashom. Hekk kif infirdu minnu, infirdu minn xulxin.
Aktar ma l-bnedmin infirdu minn Alla, aktar bdew jinfirdu bejniethom. Mingħajr Alla, il-bnedmin m’għandhomx il-ħila jħobbu tassew lil xulxin u jgħixu fil-paċi.
Għalkemm infirdu minnu, Alla xorta baqa’ jħobb lill-bnedmin. Ġesu’ ġie fid-dinja u waqqaf il-Knisja tiegħu. Fil-Knisja Ġesu’ jrid jiġbor lill-bnedmin kollha u jagħmilhom FAMILJA WAĦDA.
Fil-Knisja, Ġesu’ xtaq li nkunu ħaġa waħda. Hekk talab fl-aħħar ikla: “Kif inti fija Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.”
L-ewwel insara kienu magħqudin ħafna bejniethom
Fil-Knisja ta’ Ġesu’ irridu naqblu f’dak li nemmnu, f’dak li nagħmlu u nimxu flimkien fl-imħabba waraĠesu’.
Il-Knisja ta’ Ġesù ma tistax tkun aktar minn waħda. Matul is-snin l-insara infirdu bejniethom.
Illum jifhmu li hemm bżonn ikunu magħqudin. Ġimgħa ta’ talb speċjali bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar.
Fil-Knisja Ġesu’ jridli nkunu l-familja ta’ Alla. Fil-Knisja aħna ngħixu bħala ulied Alla kif sirna fil-Magħmudija. Aħna msejħin biex insiru qaddisin.
Aħna nsiru qaddisin billi nħobbu lil Alla bħala Missierna kif għallimna Ġesù Il-Knisja hija qaddisagħaliex hija l-familja ta’ Alla u għax fiha Alla jaqsam ħajtu magħna.
Għalhekk irridu nħobbu l-knisja, nobdu t-tagħlim tagħha u nieħdu sehem fit-talb tagħha.
Il-Knisja ta’ Ġesu’ hijawkoll Kattolika. Kattolika tfisser li l-Knisja għandha l-qawwa li tixtered mad-dinja kollha. Hija tiġbor fiha u ssalva lill-bnedmin kollha.
Is-saltna t’Alla tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żera’ fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha iżda meta tikber tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jistkennu u jbejtu fil-friegħi tagħha.
L-għasafar tal-ajru huma l-bnedmin kollha; in-nies ta’ kull żmien u ta’ kull pajjiż.
Ġesu’ huwa r-Ragħaj u l-Mexxej tal-Knisja. Warajh ħalla lill-Appostli bħala rgħajja tal-Insara.
Il-Knisja hija wkoll Appostolika għaliex hija mibnija fuq it-Tagħlim tal-Appostli. Illum minflok l-Appostli għandna lill-Papa u ‘l-Isqfijiet .
Magħqudin mal-Papa u mal- Isqfijiet aħna nistgħu nersqu lejn Alla biex bħala familja nirringrazzjawh għall-ħwejjeġ kbar li għamel magħna.
TMIEM Paul A. Rapa