130 likes | 383 Views
Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu. “Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27). Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu .
E N D
“Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27) Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu. Kristu jidher u jaħdem fid-dinja llum permezz tagħna, permezz tal-Knisja li hi l-ġisem tiegħu.
“[Kristu] hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet.” (Kol 1, 18) Ma jistax ikollna ġisem mingħajr ras. Kristu hu r-Ras tal-Knisja – dak li jmexxiha. Mingħajru l-Knisja mhi xejn. Il-Knisja hi Kristu u l-Insara magħqudin flimkien fl-istess ħajja.
“Aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera, sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed. (1 Kor 12, 13) Nhar Għid il-Ħamsin, l-Ispirtu s-Santu ta r-ruħ lill-Knisja – għamilha ġisem ħaj. Fil-Magħmudija aħna wkoll ir ċevejna l-Ispirtu s-Santu li jgħaqqadna ħaġa waħda flimkien.
“Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.” (1 Kor 12, 12) Ġaladarba aħna membri ta’ l-istess ġisem, mela allura l-għaqda ta’ bejnietna l-insara għandha tkun kbira daqskemm hi kbira l-għaqda u l-koordinazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-ġisem tal-bniedem.
“Bħalma aħna għandna ħafna membri f’ġisem wieħed, iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol... Hekk aħna għandna doni differenti skond il-grazzja li Alla tana.” (Rum 12, 4.6) Fil-Knisja kull membru għandu ħidma differenti x’jagħmel għall-ġid tal-Knisja sħiħa, bħalma fil-ġisem kull parti għandha funzjoni importanti għall-ġid tal-ġisem sħiħ.
“L-għajn ma tistax tgħid lill-id: ‘Jien m’għandix bżonnok,’ anqas ir-ras ma tgħid lis-saqajn: ‘M’għandix bżonnkom.’ ... B’hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem , imma l-membri kollha jaħsbu f’xulxin. Jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata ġieh, jifirħu lkoll miegħu.” (1 Kor 12, 21.25-26) Kull membru fil-Knisja hu importanti. Kull ma nagħmlu u ngħaddu minnu jaffettwa lill-Knisja kollha. Kull ħidma differenti fil-Knisja hi importanti u neċessarja.
Ħidmiet differenti fil-Knisja Il-lajċi Nsara huma l-imgħammdin kollha ħlief dawk li ġew ordnati bħala membri tal-kleru u dawk li saru membri ta’ Ordni Reliġjuż approvat. Huma msejħa sabiex ikunu xhieda ta’ Kristu fil-postijiet differenti li jkunu fihom (id-dar, ix-xogħol, divertiment, eċċ.
Kristu jaħdem fil-Knisja u bil-Knisja fina u bina fid-dinja llum
Il-Ħidma ta’ Ġesù Fil-Palestina 2000 sena ilu • Fid-dinja llum Jgħallem Ifejjaq Isalvana mid-dnub Jgħaqqadna m’Alla