331 likes | 501 Views
ĦAJJA MGĦAĠĠLA ŻŻEJJED George Carlin. Aħna nixorbu wisq, nonfqu mingħajr kriterji. Insuqu wisq, nibqgħu imqajmin tard ħafna, inqumu għajjenin ħafna, naqraw ftit li xejn, naraw wisq it-TV, u rarament niltaqgħu ma’ Alla. Nimmultiplikaw il-ġid tagħna, imma qed innaqqsu l-valuri tagħna.
E N D
ĦAJJA MGĦAĠĠLA ŻŻEJJED George Carlin
Aħna nixorbu wisq, nonfqu mingħajr kriterji. Insuqu wisq, nibqgħu imqajmin tard ħafna, inqumu għajjenin ħafna, naqraw ftit li xejn, naraw wisq it-TV, u rarament niltaqgħu ma’ Alla.
Nimmultiplikaw il-ġid tagħna, imma qed innaqqsu l-valuri tagħna.
Żidna snin għall-ħajja tagħna, imma mhux ħajja għas-snin tagħna.
Morna u ġejna sal-qamar, imma nsibuha diffiċli biex naqsmu t-triq u niltaqgħu ma’ ġirien ġodda.
Naddafna l-arja, imma ħammiġna ‘il ruħna. Iddominajna l-atomu, imma mhux il-preġudizzju; ktibna aktar, imma tgħallimna anqas; ippjanajna aktar, imma wettaqna anqas.
Tgħallimna ngħaġġlu, imma mhux nistennew. Ivvintajna computers biex nakkwistaw aktar informazzjonijiet, nipproduċu aktar kopji minn qatt qabel, imma nikkomunikaw anqas mill-imgħoddi.
Ninsabu f’epoka ta’ “fast food”, imma diġestjoni bil-mod; ta’ bniedem kburi, imma b’karattru dgħajjef; kiber il-qligħ, imma relazzjonijiet vojta.
Ninsabu fi żmien ta’ żewg impiegi, ħafna divorżji, djar sbieħ iżda familji mfarrka.
Huwa żmien ta’ ħafna vjaġġi, korrezzjoni u morali ‘disposible’, kollox ta’ malajr, imħuħ vojta u pinnoli máġiċi.
Mument ta’ ħafna affarijiet fil-vetrini u ftit merfugħin għal li jista’ jinqala’.
Huwa żmien li tista’ tirrifletti fuq dan li qed ngħid jew sempliċiment tikklikkja ‘delete’ u tinsa’ kollox.
Ftakar li tajjeb tgħaddi żmien mal-persuni li tħobb, għax dawn mhux se jibqgħu hawnhekk għal dejjem.
Ftakar li tajjeb tgħannaq lill-ġenituri tiegħek, lil ħbiebek, lil martek, lil żewġek għax għal dan il-ġest mhux se tonfoq flus.
Ftakar li tlissen “jien inħobbok” lil martek jew lil żewġek u lil dawk kollha li tħobb, imma qabel xejn ħobb lilek innifsek u ħafna. B’bewsa u b’tgħannieqa tista’ tfejjaq ħafna uġigħ, meta din verament toħroġ mill-qalb.
Għalhekk agħti dejjem valur lill-familja tiegħek u lill-persuni li jinsabu qrib tiegħek.
Ieqaf ... u rriffletti
Ħobb, Ħobb, Ħobb aktar...
Mhux faċli, u lanqas hi ħaġa ta’ malajr