110 likes | 587 Views
Is-Slowgan. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt. S kont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l -istudenti jsiru midħla tas-slowgan fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu ji ġu eżaminati fuqu.
E N D
Is-Slowgan Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt
Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tas-slowgan fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.
Is-slowgan huwa sentenza jew frażi qasira, ħafna drabi tal-widna, biex min jismagħha jiftakar fi prodott jew servizz partikulari
Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom. Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.
Xi suġġerimenti għall-għalliema • Tista’ tqabbad lill-istudenti jfittxu f’gazzetti u f’rivisti u jqasqsu riklami u jlewnu s-slowgans tagħhom.- Tista’ tfittex ritratti minn fuq l-internet u tqabbad lill-istudenti jiktbu slowgans għalihom.
http://malti.skola.edu.mt Saħħa!