340 likes | 1.19k Views
Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli. Mikiel Anton Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1764 . Ta’ 16-il sena beda jkabbar il-qoton biex ikun ta’ għajnuna għall-familja tiegħu. Sena wara li beda jmur l-iskola beda d-dizzjunarju tiegħu. Vassalli f’Ruma.
E N D
Mikiel Anton Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1764. • Ta’ 16-il sena beda jkabbar il-qoton biex ikun ta’ għajnuna għall-familja tiegħu. • Sena wara li beda jmur l-iskola beda d-dizzjunarju tiegħu.
Vassalli f’Ruma • Vassalli kellu x-xewqa li jistudja għal qassis f’Ruma. • Waqt li kien hemm, tgħallem l-ilsna Semitiċi u beda jkabbar ukoll il-qoton. • Sadattant xorta baqa’ jżur Malta kull sena.
Fuq ix-xellug naraw il-post fejn Vassalli studja t-Teoloġija f’Ruma, filwaqt li fuq il-lemin naraw fejn kien joqgħod waqt l-istudji tiegħu.
Wara tliet snin f’Ruma, ippubblika Alfabeto Maltese, ktieb ta’ tmien paġni. • Għal kull ħoss, Vassalli għażel ittra waħda.
Il-kelma għandha l-ħajja tagħha u maż-żmien tinbidel. • Kliem bħal “hedan” illum sirna ngħiduh “dan” • Insibu kliem ieħor li bidel it-tifsira tiegħu, ngħidu aħna, il-kelma filli kienet tfisser malli.
Sentejn wara ppubblika Alfabet Malti, li fih 24 paġna. • Xi numri bil-mod ta’ kif kien jikteb Vassalli huma: • Tnejn (2) • Tlŷtæ (3) • Syttæ (6)
Vassalli ppubblika d-dizzjunarju Ktieb il-Kliem Malti (1796).
Xi eżempji mid-dizzjunarju tiegħu: • Jaf=jaf xi jrid u wiċċu jġib • Każa=Twaqqax jew iġġib fil-każa • Misħur=Misħur wara xi ħaġa jew mogħmi warajha, imġennen għaliha
L-idea tal-edukazzjoni f’Vassalli • F’Alfabeto Maltese, Vassalli jagħti importanza lill-ilsien Malti u jgħid li t-tagħlim tiegħu jwasslek biex titgħallem ilsna kbar. • Huwa kien jemmen li biex titgħallem lingwa għandu almenu jkollok grammatika u dizzjunarju tagħha. • L-idea prinċipali tiegħu kienet li l-Maltin jitgħallmu jiktbu u jaqraw. • Dan sabiex il-poplu jimxi ʼl quddiem u jkun kapaċi jmexxi lilu nnifsu.
Fl-1795 għamel petizzjoni lill-Gran Mastru de Rohan biex jiftaħ skola pubblika għat-tagħlim tal-kitba u l-qari bil-Malti. Kien l-ewwel wieħed li ħareġ b’din l-idea.
Vassalli kien juża l-Malti safi, jiġifieri kemm jista’ jkun ma jużax kliem li ġej mit-Taljan. • Hu kellu l-idea li kull ittra tal-Malti kellha tirrappreżenta ħoss wieħed, mhux bħalma jiġri fit-Taljan. Ngħidu aħna, flok l-ittri sc (tat-Taljan), għażel l-ittra ɯgħall-Malti:ɯita
Vassalli lura Malta • Vassalli rritorna Malta fi żmien il-Kavallieri u fl-istess sena għaqqad partit tal-patrijotti Maltin. • Ressaq diversi suġġerimenti lill-Kavallieri minħabba s-sitwazzjoni preżenti tagħhom u dawn ma tawx kasu.
Għalhekk mexxa konfoffa kontra l-Ordni, inqabad u ġie arrestat. • Dwar kif ħareġ mill-ħabs għad hemm id-dubji. Uħud jgħidu li ħarrbuh sħabu u oħrajn jgħidu li ħareġ bl-għajnuna ta’ Napuljun. • Napuljun isejjaħlu “l-aktar Malti għaref”
Fis-sentejn li damu hawn il-Franċiżi, Vassalli kien ftaqar għax kienqiegħed u kellu jgħix bil-karità tagħhom. • Peress li kien sieħeb tal-Franċiżi, inqabad mill-Maltin stess malli ħareġ mill-Belt u reġa’ spiċċa l-ħabs. • Fil-bidu tal-1801, ġie eżiljat minn Malta għall-Afrika ta’ Fuq u b’xi mod irnexxielu jmur Franza.
L-ideat politiċi ta’ Vassalli • L-ideal ta’ Vassalli kien li jgħaqqad lil Malta bħala nazzjon • Kien bagħat petizzjonilil de Rohan biex isemma l-fehmiet tiegħu dwar it-tmexxija tal-pajjiż • Madankollu, Vassalli kien jemmen li billi Malta hi pajjiżżgħir u bi ftit riżorsi, ftit li xejn setgħet tirnexxi fit-tmexxija tagħha mingħajr l-għajnuna tal-Kavallieri
Dan kien ukoll minħabba li l-kavallieri kienu jdaħħlu ammont kbir ta’ flus li mingħajrhom il-pajjiż kien jiftaqar. • Vassalli: l-ewwel wieħed li ra lil Malta bħala nazzjon
L-eżilju ta’ Vassalli • Vassalli dam tliet snin ikabbar il-qoton f’Korsika u iktar tard laħaq aġent tal-qoton. • Ippubblika wkoll żewġ kotba dwar it-tkabbir tal-qoton. • Dan hu eżempju ta’ kont tal-qoton li għamel Vassalli.
Minħabba li ftaqar fi Franza, iddeċieda li jmur Spanja imma kien kollu ta’ xejn għax baqa’ fl-istess sitwazzjoni. • Ta’ 56 sena rritorna Malta.
L-aħħar snin ta’ Vassalli • Vassalli beda jgħallem l-Università ta’ Malta. • Hu ssieħeb mal-Protestanti u bl-għajnuna tagħhom ippubblika l-Grammatica della Lingua Maltese.
Miet fl-1829 meta kellu 65 sena. • Mikiel Anton Vassalli ma tħalliex jindifen f’ ċimiterju Kattoliku minħabba l-ideat li kellu.
Wara mewtu • Dawn huma xi xogħlijiet li ġew ippubblikati wara li Vassalli miet: • Il-Vanġeli • L-Istorja tas-Sultan Ċiru • L-Istedina
Preżentazzjoni ta’ Braden Saffrett Maria Simiana Marja Piccinnino 2011