390 likes | 536 Views
www.ofm.org.mt. IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena. L-1 QARI Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten 1 Slat 3, 5-6a, 7-12. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla.
E N D
www.ofm.org.mt IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena
L-1 QARIQari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten1 Slat 3, 5-6a, 7-12
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla.
U wieġbu Salamun: “Mulej Alla tiegħi, lili qaddej tiegħek għadek kemm qegħidtni sultan flok David missieri.
Iżda jiena għadni daqsxejn ta’ żagħżugħ, bla ma naf mnejn għandi ngħaddi.
Il-qaddej tiegħek sab ruħu f’nofs dan il-poplu li inti għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’ jgħoddu biex isir jaf kemm fih.
Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ li malajr jifhem, biex jista’ jmexxi l-poplu tiegħek,
u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin; għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk kbira?”
Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa. Għalhekk Alla qallu:
“Ladarba tlabt dil-ħaġa, u ma tlabtx ħajja twila jew ħafna ġid, u anqas ma tlabt il-qerda ta’ l-għedewwa tiegħek,
imma tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi, ara, se nagħmel kif għidt int.
Ara, qiegħed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun hawn.”
SALM RESPONSORJALISalm 118Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
Sehmi hu, Mulej, jien għidt,li nħares il-kelma tiegħek.Tajba għalija l-liġi ta’ fommok,aqwa mill-eluf ta’ deheb u fidda.
Ħa tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi,skond il-wegħda tiegħek lill-qaddej tiegħek.Ħa tilħaqni t-tjieba tiegħek biex ngħix,għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi.
Għalhekk ħabbejt il-kmandamenti tiegħek,aktar mid-deheb, u mid-deheb l-aktar fin.Għalhekk lejn il-preċetti tiegħek kollha nimxi;nobgħod kull triq qarrieqa.
Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek;għalhekk tħarishom ruħi.It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl,ifiehem lil min hu bla għerf.
IT-2 QARIQari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 28-30
ĦUTI: Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, f’kollox jaħdem id f’id magħħom għall-ġid, ma’ dawk li huma msejħin skond il-providenza tiegħu.
Għax lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;
lil dawk li ippredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, sebbaħhom ukoll.
Hallelujah. Halleluljah.Iftaħli għajnejja, Mulej,ħa nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.Hallelujah.
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa,
li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik il-għalqa.
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil wieħed negozjant ifittex ġawhar fin, meta sab waħda tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil xibka mixħuta l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.
Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħeda, jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħażin.
Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mit-tajbin, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.
Kollu fhimtuh dan?” “Iva”, qalulu. U hu qalilhom: “Għalhekk kull imgħallem tal-Liġi li jkun sar dixxiplu
tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed Sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim.”
www.ofm.org.mt IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena