190 likes | 412 Views
Kif tista’ tispjega xi tfisser NANO TE K NOLO Ġ I J A ?. Tiftakru li kollox hu magħmul mill- atom i , hux hekk ? Ġebla , pinna , logħba tal-kompjuter , it- TV, kelb u intom ukoll iffurmati mill-atomi. *. *. L- a tom i jibnu l-molekoli jew jiffurmaw il-materjali.
E N D
Kif tista’ tispjega xi tfisser NANOTEKNOLOĠIJA ?
Tiftakru li kolloxhu magħmul mill-atomi, hux hekk? Ġebla, pinna, logħba tal-kompjuter, it-TV, kelbu intom ukoll iffurmati mill-atomi. * *
L-atomi jibnu l-molekoli jew jiffurmaw il-materjali. In-nanoteknoloġijagħandha x’taqsam mal-manipulazzjoni ta’ l-atomi u/jew il-molekoli biex tipproduċi l-materjali, l-apparat u anke l-magni. * *
Sa minn meta l-ewwel umani “bdew jagħmlu” l-affarijiet, aħna bdejna “minn affarijiet kbar” (l-injam, il-ġebel, il-minerali) biex niksbu jew nieħdu dak li rridu. Issa rridu nibdewminn “affarijiet żgħar” (l-atomiu l-molekoli),biex ngħaqqduhom u nibnu dak li nridu.Qisha logħba tat-tfal.
Kenura nħadmet minn siġra… Tagħmlu kieku toothpicksminnzokk ta’ siġra jew aħjar li tibdew minn partiċelli iżgħar?
Il-bidu minn “affarijiet kbar” kien ifisser il-produzzjoni ta’ affarijiet kbar bil-preċiżjoni li “stajna naslu għaliha”, imma –fl-istess waqt- inkunu nipproduċu ħafnaskart jew tniġġiz, u nikkonsmaw ħafna enerġija.Meta sirna aħjar fit-teknoloġija,il-preċiżjoni tjiebet u ż-żibel/it-tniġġis naqas, imma l-metodu xorta baqàl-istess. *
Il-bidu minn“affarijiet żgħar” jfisser preċiżjoni assoluta (sa atoma waħda biss!), kontroll totali tal-proċessi (skart xejn?) ul-użu ta’inqasenerġija (b’inqas CO2, inqas effet serra.... forsi smajtu b’dawn fuq it-TV?). *
Il-Vantaġġi li tibda minn “affarijiet żgħar” id-distanzabejn iċ-ċentru ta’ żewġ blalen tal-futbol hi akbar mid-distanza ta’ bejn iċ-ċentru ta’ żewġġewżietiżgħar tfisser eqreb (u aktar malajr biex taqbad) tistgħu tħollu z-zokkor jew il- melħ aktar malajr meta jkunu trab u aktar bil-mod meta jkunu kristalli jew blokki li tkun żgħir tista twassal għal aktar reattività * *
Ippruvaw danl-eżerĊizzju: Kemm-il wiċċ għandu kubu? Jekk il-ġenb hu ta’ 1 ċm,kemm hil-arja totali ta’ wiċċ il-kubu? Jekk taqtgħu l-kubu tliet darbiet (vertikalment, orizzontalment u djagonalment)kemm ikollkom kubi? Kull naħa ta’ kull kubu se tkun ta’ 0,5 ċm; x’ inhi l-erja totali tal-wiċċ tal-kubi l-ġodda kollha? Issa taraw li jekk ikollkom l-istess toqol (jewaħjar, il-massa),iċ-ċokon ifisser aktar arja tal-wiċċu, bħal per eżempju z-zokkor u l-melħ fl-ilma,aktar reattività. * * * *
Ir-Riċerka fin-nanoteknoloġija hija sfida u avventurakbira . Ħafna mill-aħjar imħuħ tad-dinja huma involuti f’din il-biċċa xogħol. U aħna rridu studenti u xjentisti brillanti aktar minn qatt qabel. * Nistgħu naraw u nċaqilqu l-atomi Nistgħu naraw u nċaqilqu l-molekoli
Nistgħu diġà nagħmluha? Mhux eżatt. Għalhekk irridu ħafna riċerka. Bħalissa nistgħu nagħmlu ftit affarijiet: il-biċċa l-kbira fl-elettronika, fl-ottika u fix-xjenza tal-materji, bħal nano-partiċelli, e.ż. dawkfil-kremi tax-xemx(tużaw il-fattur 8 jewil-fattur 20?). Hu l-ammont ta’ nano-partiċellili hemm fil-kremi biex jassorbur-raġġi ultra-vjolali jistgħu jaħarqulkom il-ġilda. * *
Fil-futur, l-applikazzjonijiet possibli humabiex insemmu, bħal: • kejlbi preċiżjoni ta’ atomu wieħed; • sensuri biex insibu sustanzi perikolużi; • elettronikafejn inkunu nistgħu nużaw kull elettron; • membranigħas-separazzjonijiet bi preċiżjoni kbira; • materjalili jibdlu l-propretajiet tagħhom kif irriduhom aħna; • nano-magni; • nano-robotsli jidħlu f’ġismek biex inaddfuh jew jirranġawh ...imma għadna fil-bidu. Biex nilħqu dan kollu, irridu nużaw moħħna u nagħmlu l-aħjar użu ta’ l-isforzi tagħna. sbieħ ħafna
Xi ftit eżempji li għandhom x’jaqsmu mal-materjali: it-tessutili jibdlu l-propjetajiet skond il-bżonnijiet bħal li jżommuk frisk fis-sajf u sħun fix-xitwa; il-frieket, l-imgħaref, il-platti,il-borom, il-ħwejjeġ, … li ma jitħammġux jew jixxarbu – bħal meta twaddab qatra ilma fuq werqa tal-lotu; eventwalment, ma tisimgħux lil ommkom tgħidilkomli ħammiġtul-flokk! * * In-nano-tubi tal-karbon jistgħu jkunu aktar b’saħħithom mill-azzar u eħfef mill-plastik
...... materjali li jistgħu jsewwu l-għadamus-snientagħkom u ma tindunawx bid-differenza; materjalili huma reżistenti u ħfief ħafnabiex jiġu mmaniffatturati l-karozzi, l-ajruplaniul-vetturi spazjalili jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’anqas konsum ta’ enerġija; u oħrajn fil-futur(kos, meta toqgħod taħseb, il-mowbajls ma kienux jeżistu għaxar snin ilu!). * * * Materjalibi strutturi fini jew granuli żgħar jistgħu jkunu b’saħħithom u eħfef aktar
Xi rridu biex navvanzawaktar malajr? nies imħarrġa, studenti brillanti, infrastruttura (laboratorji, …), strumenti (mikroskopji, …), koordinazzjoni ta’ l-isforziu l-“massa kritika”, fondi, uli n-nies jifhmu dak li qed nippruvaw nagħmlu! * * * * * *
Biextkunu tafu aktar, tistgħu • tirriċerkaw fl-internet billi titajpjaw • “nanoteknoloġija”. • Jew ibdew b’dawn iż-żewġ web sajts • (bl-Ingliż): • www.cordis.lu/nanotechnology • biex taraw x’qed nagħmlu fl-Ewropa, • www.nano.govgħall-Istati Uniti • (u titiflux il-partitat-tfal!)
Bilħaqq ... Il-prefiss “nano” ġejmill-kelma antika Griega għall- “nanu”. Fix-xjenza u fit-teknoloġija tindika d-dimensjoni ta’ biljuneżmu (u tafu li e.ż. il-prefiss “kilo” jindikaelf). * *
0 . 000 000 001 metru 1nanometruhu l-biljuneżmu ta’ metru (jewil-miljuneżmu ta’ millimetru, eċċ.). Tista tkun murija bħala 10-9 metriu mqassra għall-nm. Ir-radius ta’ atomutad-dehebhu ta’ 0.14 nm. Nofs nanometruhu d-dimensjoni linneari ta’ molekola żgħira bħal tal-metan (CH4).Xagħra umana waħda hi bejn wieħed u ieħor 100 elf darba akbar. * *
Għal aktar informazzjoni … ... tridu tikkuntattjawna? Ibagħtu e-mail lil: sophia.fantechi@ec.europa.eu