460 likes | 3.26k Views
Noti qosra ta’ l-Istorja g ħ all-istudenti tal-Form 5 minn James Sultana. Xi tfisser il-Preistorja.
E N D
Noti qosra ta’ l-Istorjagħall-istudenti tal-Form 5minn James Sultana
Xi tfisser il-Preistorja Il-preistorja huwa dak il-perjodu li ġie eżattament qabel l-istorja. L-istudjużi jqisu l-istorja bħala żmien meta l-bniedem kien juża l-kitba u jħalli xhieda tiegħu bil-kitba. Il-preistorja għalhekk huwa ż-żmien qabel il-bniedem beda juża l-kitba.
Ir-Rivoluzjoni Neolitika L-ewwel bniedem kien nomadu. Dan ifisser li ma kienx jgħix fl-istess post għal żmien twil. Imbgħad il-bniedem skopra kif irabbi l-annimali u kif jiżra’ l-għelieqi, u b’hekk seta’ jibda jgħix fl-istess post. Din il-bidla nafuha bħala r-Rivoluzzjoni Neolitika. Kien f’dan iż-żmien li twieldu l-ewwel soċjetajiet.
Il-Preistorja Maltija Żmien Neolitiku Żmien ir-Ram/Tempji Żmien il-Bronż Fażi Żebbuġ Fażi taċ-Ċimiterju ta’ Ħal Tarxien Fażi ta’ Għar Dalam Fażi Mġarr Fażi ta’ Skorba Griża Fażi ta’ Borġ In-Nadur Fażi Ġgantija Fażi ta’ Skorba Ħamra Fażi tal-Baħrija Fażi Saflieni Fażi Tarxien
Għaliex Għar Dalam huwa importanti? Għar Dalam huwa importanti għax fih ma nsibux biss fdalijiet ta’ annimali li jixhdu li Malta mhux minn dejjem kienet gżira, iżda fih jinstabu l-ewwel fdalijiet ta’ l-ewwel nies li għexu f’Malta.
Skorba Fi Skorba insibu l-fdalijiet ta’ l-ewwel djar f’Malta. Barra minn hekk fi Skorba instabu fdalijiet li jixdu t-transizzjoni minn meta l-ewwel Maltin kien jużaw t-tafal għaż-żmien meta l-Maltin tgħallmu kif isir il-fuħħar.
L-Oqbra tax-Xemxija L-Oqbra tax-Xemija huma fdal importanti tan-nies ta’ żmien il-Bronż. Dawn huma xhieda ta’ kif in-nies ta’ dak iż-żmien kienu jħarsu lejn il-mewt u r-ritwali li kienu jużaw għall-mejtin tagħhom.
Fdalijiet ta’ Żmien Neolitiku • Fuħħar • Għodda • Għar Dalam • Skorba, viċin l-Imġarr Malta, fejn instabu l-ewwel djar.
Fdalijiet ta’ Żmien ir-Ram • Dan iż-żmien jissejjaħ ukoll Żmien it-Tempji għax l-aktar fdalijiet importanti ta’ dan iż-żmien huma t-tempji. Fosthom insibu: il-Ġgantija, Ħaġar Qim, L-Imnajdra, Kordin III, Ta’ Ħaġrat (Imġarr, Malta) u Ħal Tarxien. • Statwi ta’ l-alla tal-Fertilità, magħrufa wkoll bħala l-Mara l-Ħoxna. • Statwetti żgħar u għodda • L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni • Il-Menħir
Fdalijiet ta’ Żmien il-Bronż • Iċ-Ċimiterju Preistoriku ta’ Ħal Tarxien • L-oqbra tax-Xemxija • Ħitan difensivi f’Borġ in-Nadur • Fdalijiet fil-Baħrija • Id-Dolmen
Il-Karatteristiċi ewlenin tal-Kampanja Maltija Fost il-Karatteristiċi ewlenin tal-Kampanja Maltija nsibu: • Ir-razzett • Ħitan tas-Sejjieħ • Giren • Duri, Ħoroż u Barumbari • Imtieħen
Ir-Razzett Fost il-Karatteristiċi ewlenin tar-Razzett Malti insibu: • Għandu oriġni u karatteristiċi Għarab • Fih Maqjel, għorfa, bitħa, u mandra • Fost il-karatteristiċi ewlenin insibu: kantunieri u • ħnejjiet mibnija bis-sejjieħ, • bir jew ġiebja għal ħażna ta’ l-ilma, • xorok, • ċangaturi tal-franka midluka biż-żejt tal-kittien, • taraġ mikxuf fil-bitħa, • użu tal-kileb
Il-Ħitan tas-Sejjieħ • Aktarx imorru lura għal Ħakma Għarbija • Jintużaw biex jifirdu għalqa minn oħra • Jifirdu l-eqgħlieqi mit-toroq • Mibnija mingħajr tajn • Mibnija b’ġebel ta’ daqs differenti
Girna • Tintuża bħala kenn mix-xemx, xita u ksieħ • Mibnija bl-istess teknika tal-ħitan tas-sejjieħ • Jeżistu Giren Tondi u Kwadri • Il-ħitan huma dobbli, l-ispazju bejniethom jimtela’ bil-mazkan u żrar • Bieb wieħed li dejjem iħares lejn il-Lvant • Serviet ukoll bħala maqjel fejn ir-raħħâla jdaħħlu l-bhejjem biex jistkennu mill-maltemp fix-xitwa.
Dura, Ħorża u Barumbara • Dura hija post fejn il-kaċċatur jew nassab jarma. Din hija forma tonda mibnija bil-ġebel tal-ħajt tas-sejjieħ • il-Ħorża hija ġebla tal-franka li tkun fuq il-bokka tal-bir u jkollha għamla ta’ piramida bla ponta • Il-Barumbara insibuha mal-ħitan ta’ rziezet qodma, hija ġeneralment mibnija fl-għoli u fiha żewġ fillieri toqob magħmulin apposta biex ibejjet fihom il-ħamiem.
Mitħna • Insibu mtieħen li jaħdmu bir-riħ, bl-annimali jew bl-ilma • F’Malta l-aktar mtieħen komuni huma dawk tar-riħ li jkollhom sitt iqlugħ • Kienu jintużaw biex jitħnu l-qamħ • F’Malta għandna numru ta’ mtieħen li qed jiġu restawrati. Fosthom hemm dawk taż-Żurrieq u l-Qala Għawdex
L-Identità Maltija Fost l-elementi li jiddistingwuna mill-popli l-oħra tad-dinja u li jtuna identita’ tagħna (Identità Maltija) hemm dawn li ġejjin: • L-Ilsien Malti • Festi, drawwiet u tradizzjonijiet • Il-Valuri Insara
Simboli ta’ L-identità Maltija Fost is-simboli li juri li aħna Maltin hemm: • Il-Bandiera Maltija • L-Innu Nazzjonali • Widnet il-baħar (pjanta nazzjonali) • Il-Merill (l-għasfur nazzjonali) • Is-salib ta’ Malta
Elementi li qed ibiddlu l-identità Maltija • Taħlit ma barranin, kemm minħabba immigrazzjoni kif ukoll minħabba t-turiżmu • Il-Mass media (speċjalment Televiżjoni, Ċinema u Internet)
Il-Qagħda strateġika ta’ Malta matul iż-żmien Malta sa mill-qedem kellha qagħda strateġika li wasslet bosta Imperi Kbar biex jiġġieldu ħalli jikkmandaw din il-gżira. L-imperi u qawwiet li ħakmu Malta kienu dawn: • Puniċi (Feniċi u Kartaġiniżi) • Ruma u Biżanzju • L-Għarab • In-Normanni u l-Isvevi (Hohenstaufen) • L-Anġuvini • L-Aragoniżi u Spanjoli • Il-Kavallieri • Il-Franċiżi • L-Inglżi
Għaliex Malta kienet meqjusa f’qagħda strateġika? Malta kienet f’qagħda strateġika għaliex: • Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran u għalhekk għandha qagħda vantaġġjuża kemm għal skopijiet Militari u kemm għal dawk kummerċjali • Malta għandha portijiet naturali mill-aqwa • Il-qlubija u bżulija tal-Maltin • Il-Kapaċità tal-Maltin f’bosta oqsma, fosthom fil-qasam tat-tarznari u xogħol relatat li huwa importanti għall-flotot barranin
Ir-rwol ta’ Malta wara l-Indipendenza • Wara l-Indipendenza Malta bidlet ir-rwol tagħha. Minn bażi militari imxiet lejnċentru ta’ servizzi (turistiċi, finanzjarji u edukattivi), industrija u ħidma għall-paċi. • Il-bidla fl-ekonomija Maltija wara l-Indipendenza seħħet fi tliet fażijiet: • Is-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet • It-tieni nofs tat-tmeninijiet sal-ewwel nofs tad-disgħinijiet • Mit-tieni nofs tad-disgħinijiet sal-lum
Is-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet • L-ekonomija Maltija fis-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet bdiet tinbidel, spiċċat bħala bażi militari (kemm Ingliża u aktar tard tan-Nato) u bdiet tospita industriji ġodda. Fost dawn l-industriji insibu: • Dawk tat-tessuti • L-ST Microelectronics • Kumpaniji Nazzjonali bħal AirMalta, TeleMalta, SeaMalta • F’Malta kien hawn ekonomija bbażata fuq it-teoriji tal-Command Economy. Dan kien ifisser li F’Malta l-gvern kien jikkontrolla bosta setturi u kien jiddeċidi wkoll xi prodotti jinbiegħu Malta. Ir-raġuni kienet biex l-Maltin jixtru biss prodotti Maltin ħalli l-kumpaniji Maltin jissaħħu u jkunu jistgħu jħaddmu n-nies.
It-tieni Nofs tat-tmeninijiet u l-ewwel nofs tad-disgħinijiet • Fit-tieni nofs tat-tmeninijiet Malta kellha mhux biss bidla fil-gvern iżda wkoll bdiet fażi ġdida fl-ekonomija tagħha. • Mit-tieni nofs tat-tmeninijiet Malta bdiet taddotta ekonomija msejħa “Free Trade”. • Bil-mod il-mod l-gvern beda dejjem jindaħal inqas fl-ekonomija u jaddotta politika ta’ Liberalizazzjoni u Privatazazzjoni. • Malta bdiet ukoll t-triq lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea (dak iż-żmien imsejħa Komunita’ Ekonomic Ewropea).
Mit-tieni Nofs tad-Disgħinijiet sal-Lum • Fit-tieni Nofs tad-disgħinijiet Malta kompliet tiżviluppa u ssegwi toroq ġodda. • Malta saret ċentru ta’ servizzi finanzjarji u bdiet wkoll issaħħaħ is-settur tat-tagħlim ta’ l-Ingliż fejn anke saru liġijiet biex jirregolaw dawn iż-żewġ setturi. • Malta kompliet ukoll fit-triq tal-liberalizzazzjoni u l-privattizzazzjoni • Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan kien bidla importanti għal ekonomija u l-politika Maltija.
Il-Wirt arkitettoniku taċ-ċiviltajiet tal-Mediterran • Il-Mediterran huwa meqjus bħala l-benniena taċ-ċiviltà għaliex bosta ċiviltajiet kbar fl-istorja tad-dinja twieldu, kibru, u spiċċaw fil-Mediterran. • Fost dawn insibu: • l-Eġizzjani • il-Ħittin • il-Griegi • il-Feniċi • il-Kartaġiniżi • ir-Rumani • l-Għarab
L-Eġizzjani • Bnew il-Piramidi • Bnew l-isfinġi • Bnew il-bini spettakulari li jinsab fil-Wied tar-Rejiet
il-Ħittin • Ċiviltà li ċ-ċentru tagħha kienet it-Turkija tal-lum. • Ċiviltà li l-qawwa tagħha kienet bejn is-sekli 18 u s-sekli 14 qabel Kristu (bejn l-1700 u l-1300 q.K.) • Ċiviltà antika ħafna li ħalliet bosta fdalijiet fosthom bini u statwi fil-belt antika tagħhom ta’ Hattusa fil-belt Torka ta’ Boğazköy. • Bosta ismijiet ta’ Bliet Torok (bħal Sinop u Adana) huma ismijiet Ħittin.
Il-Griegi • Fost l-aktar fdalijiet importanti li ħallew il-Griegi insibu: • Bini u Tempji • Stil ta’ Arkittetura • Stil ta’ Skultura • Ħsieb u kultura, speċjalment bis-saħħa ta’ filosofi kbar bħal Aristotli, Sokrate, Platun. • Sal-lum għadu jittieħed il-ġurament fost it-tobba imsejjaħ ta’ Hippokrati. • Waħda mill-aqwa fdalijiet Griegi hija d-Demokrazija.
Il-Griegi • Fost fdalijiet mibnija Griegi madwar il-Mediterran insibu: • l-akropoli ta’ Ateni bit-tempju tal-Partenon mibni fiha • il-Kolonni bit-tliet stili: Doriċi, Joniċi u Korinti • Wied it-Tempji f’Agrigento • Paestum fl-Italja t’Isfel
Feniċi u Kartaġiniżi • Fdalijiet tal-Feniċi u Kartaġiniżi instabu madwar il-Mediterran kollu fejn dawn kienu jmexxu jew inkella kellhom xi ċentru ta’ kummerċ. • L-aktar li nsibu huma oqbra. Fost l-aktar sinjifikkativi insibu dawk Feniċi f’Malta u dawk Kartaġiniżi f’Sardegna.
Ir-Rumani • Jekk il-Griegi ħallew filosofija u arti, ir-Rumani ħallew l-Inġinerija arkitettonika, sistemi militari u l-Lingwa Latina. • Fost l-akbar kisbiet Rumani insibu l-bini tat-toroq u l-bini ta’ l-arkati; l-influwenza Rumana għadha tinħass sal-lum; arkitetti tal-lum jużaw ideat Rumani biex jibnu l-koppli, kif ukoll biex jibnu l-akwedotti li jwasslu l-ilma.
Ir-Rumani • Kisba oħra mingħand ir-Rumani kienet dik fl-istrateġiji Militari • Il-Lingwa Rumana, jigifieri l-Latin mhux biss għadu jintuża l-lum il-ġurnata fil-Knisja Kattolika, u fix-xjenza iżda hija l-omm ta’ Lingwi moderni kbar bħat-Taljan, Spanjol, Franċiż, Portuġiż u Rumen. Ligwa kbira bħal dik Ingliża għandha madwar 50% tal-vokabularju tagħha meħud mill-Latin. Il-Grammatika tal-lingwa Ġermaniża hija ikkupjata minn dik Latina.
Fdalijiet Rumani fil-Mediterran • Sabartha fil-Libja (teatru, tempji, etc.) • Kartaġni fit-Tuneżija (banjijiet, Teatru etc.) • L-akwedott fi Franza
L-Għarab u l-Mori • Fost il-fdalijiet Għarab (magħrufa wkoll fil-Mediterran bħala l-Mori) fil-Mediterran importanti insibu: • Il-belt ta’ Granada • L-Alahambra • Fdalijiet fi Sqallija