1 / 5

Poe żiji ta’ Daniel Galea

Poe żiji ta’ Daniel Galea. Student fil-Kulleġġ ta’ San Nikola fl-Iskola Primarja tar-Rabat. Poeżija lin-Nannu. Jiena għandi nannu wieħed u lil dan tgħidx kemm inħobb, raġel dħuli u ferrieħi mid-dar tagħna ma joqgħodx wisq bogħod. Tlitt iżwiemel huwa għandu li huma l-mimmi t’għajnejh,

leann
Download Presentation

Poe żiji ta’ Daniel Galea

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Poeżiji ta’Daniel Galea Student fil-Kulleġġ ta’ San Nikola fl-Iskola Primarja tar-Rabat

  2. Poeżija lin-Nannu Jiena għandi nannu wieħed u lil dan tgħidx kemm inħobb, raġel dħuli u ferrieħi mid-dar tagħna ma joqgħodx wisq bogħod. Tlitt iżwiemel huwa għandu li huma l-mimmi t’għajnejh, dejjem ħdejhom, jieħu ħsiebhom kieku jista’ jżommhom ħdejh. Nhar ta’ Sibt għalija jiġi biex sa ħdejh jiena mmur, ir-razzett isibli x’nagħmel qatt ma nixba’ nagħqad u ndur. Nannu tiegħi jiena nħobbok kieku taf x’għandi bik! Minn xħin jisbaħ sa ma jidlam Moħħi dejjem jaħseb fik!

  3. Iż-Żiemel Tiegħi Jiena għandi żiemel iswed u sabiħ, kull meta mmur ħdejh tgħidx kemm nifraħ bih. Xħin niftaħlu l-istalla jiżher jibda minnufih, donnu li jinduna li nkun sejjer dawra bih. Dan iż-żiemel tant inħobbu kieku tafu x’għandi bih! Ma nistax noqgħod mingħajru il-ħin kollu naħseb fih!

  4. Reġa’ wasal għeluq sninek U din is-sena ftit speċjali Għax issa sittin se tagħlaq U ġejt tgħodd mal-anzjani. Għadek kemm għaddejt minn burraxka Aħna kollha nkwetajna għalik Għax int mara qalbek tajba U kulħadd kien ħsiebu fik. Għalkemm ma tantx tħossok f’saħħtek Xorta waħda tinsab ferħana Dejjem bi tbissima fuq wiċċek U lilna dejjem tistenna ħerqana. Kemm nixtieq li inti u jiena Għal dejjem nibqgħu flimkien Jekk indur id-dinja kollha Nanna bħalek ma nsib imkien. Nanna tiegħi jiena nħobbok Kieku taf x’għandi bik Minn xħin jisbaħ sa ma jidlam Moħħi dejjem jaħseb fik. Poeżija lin-Nanna

  5. Poeżija lil Ġesù Ġesù hu l-Iben t’Alla li ġie fid-dinja għalina, sabiex mid-dnub jeħlisna u ħajja ġdida jagħtina. Li kieku kulħadd jimxi fuq il-passi tiegħu, ferħ kbir isaltan fostna u l-ġenna ngawdu miegħu. Ġesù nitolbuk taħfer lilna l-midinbin, eħlisna minn kull jasar biex ngħixu ferħanin.

More Related