220 likes | 499 Views
L-avventura ta’ Rut. Fuqhiex irfist int u dieħel fil-klassi?. Aħna lkoll inħallu passi warajna. Xi kultant aħna nsegwu l-passi ta’ xi ħadd ieħor u nippruvaw nimitawh. Minkejja dan, hemm oħrajn li qed josservawna, u dawn jistgħu isegwu l-passi tagħna.
E N D
L-avventura ta’ Rut
Fuqhiex irfist int u dieħel fil-klassi? • Aħna lkoll inħallu passi warajna...
Xi kultant aħna nsegwu l-passi ta’ xi ħadd ieħor u nippruvaw nimitawh. • Minkejja dan, hemm oħrajn li qed josservawna, u dawn jistgħu isegwu l-passi tagħna.
B’kull ħaġa li nagħmlu, inħallu impressjoni fuq ħaddieħor, l-istess kif jibqgħu immarkati l-passi tagħna fuq art ratba, bħar-ramel. • Meta nagħmlu xi ħaġa tajba, inkunu qed nagħtu eżempju tajjeb lil ħaddieħor; meta nagħmlu xi ħaġa ħażina, inkunu qed nagħtu eżempju ħażin.
Ser nitgħallmu dwar żewġ nisa li għarfu l-importanza li wieħed jagħti dejjem eżempju tajjeb u li jżomm f’moħħu li ħaddieħor jista’ jkun qed jimitah. • Rut imxiet fuq l-istess passi ta’ Nagħomi, imbagħad hi stess tat eżempju tajjeb li l-oħrajn setgħu jimitaw.
Wara ħafna snin, waqa’ l-ġuħ fil-pajjiż. M’għamlitx xita għal żmien twil. Xejn ma baqa’ jikber fl-għelieqi. • In-nies ma kellhomx x’jieklu.
Kien hemm mara jisimha Nagħomitgħix f’Betlehem. • Ir-raġel tagħha ħa lilha u liż-żewġ uliedhom f’art oħra jisimha Mowab,biex isibu x’jieklu.
Ir-raġel ta’ Nagħomimiet f’Mowab. Nagħomiu ż-żewġ uliedha baqgħu Mowab. • Uliedha żżewġu nisa minn Mowab li kien jisimhom Rut and Għorfa.
Huma għexu f’Mowabgħal għaxar snin. Ulied Nagħomimietu hemmhekk. • Nagħomiriedet tmur lura f’Betlehem. Hi qalet lil Rut u lil Għorfa biex imorru lura d-dar tal-familjari tagħhom.
Għorfa marret għand il-familjari tagħha. Rut riedet tmur Betlehemma’ Nagħomi. • Rut kienet tħobbha lil Nagħomi. Riedet tgħix fejn għexet hi u tkun dejjem magħha. • Rut u Nagħomi marru lura Betlehem.
Nagħomi kienet mid-dar ta’ Iżrael u kienet ukoll midħla tal-Iskrittura. Rut kienet minn Mowab, fejn ma kienux jafu b’Alla veru. • Rut ma kienitx biss qed turi mħabba lejn il-kunjata tagħha, hi kienet qed taċċetta lil Alla veru li kienet temmen fih Nagħomi.
Rut riedet issegwi l-eżempju tajjeb ta’ Nagħomi u tadura lil Alla veru bħalha. • U inti, l-eżempju tajjeb ta’ min qed tipprova ssegwi? • B’liema mod qed jagħtuk eżempju tajjeb?
Aħseb f’nies tajbin li kienu ta’ eżempju tajjeb għalik. • Liema huma dawk l-azzjonijiet ta’ dawk in-nies li tant spikkaw għalik? • U inti, kif tista’ tkun ta’ eżempju tajjeb għal ħaddieħor?
Rut marret taħdem fl-għelieqi biex tkun tista’ tiġbor il-qamħ. • Kienet tużah biex tagħmel il-ħobż.
Kien hemm raġel ġust jismu Bogħaż,jgħix f’Betlehem. Hu kellu ħafna għelieqi tal-qamħ. • Bogħażra lil Rut taħdem biex taqla’ x’tiekol għal Nagħomi. Hu kien twajjeb magħha. Qalilha li setgħet tmur fl-għelieqi tiegħu kemm riedet. • Hu qal li Alla kien se jbierek lil Rut talli kienet qalbha tajba ma’ Nagħomi.
L-eżempju ta’ Rut li tieħu ħsieb ta’ Nagħomiwassal lil Bogħażjirrealizza x’persuna tajba ħafna kienet Rut. • Bogħażiżżewweġ lil Rut. Nagħomikienet ferħana għaliha. • Rut u Bogħażkellhom tifel. Nagħomigħenet lil Rut tieħu ħsieb tat-tarbija.Semmewh Għobed.
Għobed kiber u kellu hu stess it-tfal. Neputih kien is-Sultan David. • Wara ħafna ġenerazzjonijiet, Ġesù kien ser jitwieled f’din il-familja.
Rut kienet twajba. (1:8) • Rut kienet leali. (1:16) • Rut riedet tadura lil Alla veru. (1:16) • Rut kienet bieżla. (2:2)
Rut, b’liema mod tista’ tkun ta’ eżempju għalik? • Liema attitudnijiet ta’ Rut tixtieq li tagħmel tiegħek?
Min tana eżempju perfett? • Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempji ta’ Ġesù? • Hemm xi episodji mill-ħajja ta’ Ġesù li jgħinuna nkunu ta’ eżempju tajjeb għall-oħrajn?
Aħna lkoll • imsejħa biex inħobbu lil Ġesù li salvana u nkunu grati għall-eżempji li tana biex nimitawhom • imsejħa wkoll biex f’kull ma nagħmlu, nagħtu eżempji tajbin, b’imħabba lejn Alla u bit-tama li dawk ta’ madwarna jagħmlu bħalna