400 likes | 1.49k Views
L-IMDINA. Ma ħ dum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. L-Imdina nsej ħ ulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta g ħ aliex inbniet ħ afna snin ilu, wisq qabel ma l-kavallieri bnew il-Belt Valletta.
E N D
Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina.
L-Imdina nsejħulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta għaliex inbniet ħafna snin ilu, wisq qabel ma l-kavallieri bnew il-Belt Valletta.
Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt. Kienu l-Għarab li ċekknu lil din il-belt u tawha l-isem ta’ Mdina.
L-Imdina hija mdawra bis-swargħoljin għax fiż-żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula, jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar.
Fid-daħla prinċipali tal-Imdina, insibu l-Main Gate. Dan il-bieb għandu kitba li turina meta ġew irrestawrati l-ħitan ta’ din il-belt, kif ukoll l-arma tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena.
Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl, San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta.
Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali.
Fuq in-naħa l-oħra tal-Palazz de Vilhena nsibu t-Torri tal-Istandard li qabel kien jintuża mill-gwardjani tal-belt biex iżommu l-ordni. Illum dan it-torri qiegħed jintuża bħala Uffiċċju Informazzjoni għat-turisti.
Kif nidħlu fi triq Villegaignon insibu l-kappella ta’ Sant’Agata. Jingħad li meta t-Torok attakkaw lil Malta fl-1551, din il-qaddisa dehret lil soru f’ħolma u qaltilha li jekk joħorġu l-istatwa tagħha fuq is-swar, il-Maltin isalvaw. Hekk kien ġara.
Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14), il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna. Banca Giuratale Casa Inguanez Kunvent tas-sorijiet
Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral.Wara t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta reġa’ nbena l-katidral,il-pjazza twessgħet u tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum.
Il-katidral tal-Imdina huwa mibni fuq il-post fejn qabel kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju meta ġie San Pawl Malta. Għalhekk kif inhu xieraq, il-katidral hu ddedikat lill-konverżjoni ta`San Pawl u nbena fuq id-disinn tal-perit Lorenzo Gafà.
Il-Katidral hu magħruf għall-ġmiel tiegħu speċjalment għall-koppla maestuża. Ġo fih jinsabu midfuna ħafna nies nobbli u monsinjuri tal-Katidral.
Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa. Palazz tal-Isqof Mużew tal-Katidral
Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna. Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika.
Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja.
Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta.
L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin. Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-għadu biex jattakkaw.
Insibu żewġ bibien oħra li minnhom tista’ tidħol fl-Imdina. Wieħed mill-bibien jissejjaħBieb il-Griegi għax probabbli kien taħt il-ħakma ta’ xi Griegi li kienu jgħixu f’dik il-parti tal-Imdina. Il-bieb l-ieħor huwa bieb sekondarju li qiegħed fil-ġenb ta’ din il-belt.
L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti kif ukoll għall-Maltin.
Veru jew Falz? 1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta? Veru 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija. Falz
Falz 3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli. 4. L-Imdina qegħda fuq għolja. Veru 5. L-Għarab ċekknu l-Imdina. Veru
Falz 6. L-Imdina għandha ħames bibien. 7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda. Veru 8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju. Veru
Liema hi t-tajba? • L-Imdina hija mdawra bis- (swar, siġar, slielem). • 2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq, dritti, wisgħin). 3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra dinjija).
L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar, karozzi). 5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew (tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-Isqof) 6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile, Suprema, Serja).
Irranġa dawn is-sentenzi. 1. tinsab L-Imdina għolja fuq 1. L-Imdina tinsab fuq għolja. 2. tal-Imdina Il-patruni San Pawl Sant’Agata huma San Publiju. 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju.
3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum. 3. kienet L-Imdina milli hi akbar illum. 4. Publiju Il-katidral flok inbena il-palazz ta’ 4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju. 5. saħħew L-Għarab bis-swar l-Imdina 5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar.
TMIEM Ħadu sehem f’dan il-proġett: Kulleġġ: San Nikola Skola: Primarja Baħrija Klassi: Il-Ħames Sena Għalliema: Maria Muscat LSA: Ms. R. Pisani Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria