1 / 21

L-istress relatat max-xogħol u l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-istress relatat max-xogħol u l- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. L-istress relatat max-xogħol – kwistjoni maġġuri. L-istress huwa t-tieni l-aktar problema tas-saħħa relatata max-xogħol irrappurtata

mervin
Download Presentation

L-istress relatat max-xogħol u l- e valwazzjoni tar- r iskju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-istress relatat max-xogħol u l-evalwazzjoni tar-riskju Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

  2. L-istress relatat max-xogħol – kwistjoni maġġuri • L-istress huwa t-tieni l-aktar problema tas-saħħa relatata max-xogħol irrappurtata • L-istress jaffettwa kważi wieħed minn kull erba’ ħaddiema ta’ l-UE • L-istudji jissuġġerixxu li bejn 50% u 60% tal-ġranet tax-xogħol kollha mitlufa huma relatati miegħu • L-ispiża ekonomika ta’ l-istress relatat max-xogħol (WRS) fl-UE-15 kienet ta’ madwar 20,000 miljun euro fl-2002 • In-numru ta’ persuni li jsofru mill-istress relatat max-xogħol x’aktarx li jkompli jiżdied. Għal aktar tagħrif ara:http://osha.europa.eu/topics/stress

  3. Għaliex din hija kwistjoni daqstant kbira? Aktar u aktar nies huma affettwati mill-istress relatat max-xogħol, minħabba: • Bidliet fid-disinn, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol • Kuntratti prekarji • Inċertezza fl-impjieg • Żidiet fl-ammont tax-xogħol u fil-veloċità tax-xogħol • Domandi emozzjonali kbar li jsiru lill-ħaddiema • Vjolenza u turment psikoloġiku • Bilanċ fqir bejn ix-xogħol u l-għajxien.

  4. X’inhu l-istress relatat max-xogħol? • In-nies jesperjenzaw l-istress meta jsiru konxji ta’ żbilanċ bejn: • Id-domandi mitluba minnhom u • Ir-riżorsi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex ilaħħqu ma’ dawk id-domandi • L-istress isir riskju għas-saħħa u s-sigurtà meta jiġbed fit-tul • L-istress jista’ jwassal għal nuqqas ta’ saħħa fiżika u mentali.

  5. Min jiġi affettwat? • L-istress fuq ix-xogħol jista’ jaffettwa: • Lil kwalunkwe persuna fi kwalunkwe livell • Fi kwalunkwe settur • Fi kwalunkwe daqs ta’ organizzazzjoni.  • L-istress jaffettwa: • Is-saħħa u s-sigurtà ta’ l-individwi • Is-saħħa ta’ l-organizzazzjonijiet • Is-saħħa ta’ l-ekonomiji nazzjonali. • L-istress jista’ jikkomprometti s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u jikkontribwixxi għal problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol, bħalma huma d-disturbi muskuloskeletali. • L-istress jaffettwa b’mod sinjifikanti lill-ħaddiemata’ kumpanija.

  6. Sintomi ta’ l-istress relatat max-xogħol (1) Fuq il-livell ta’ l-organizzazzjoni: •  Assentejiżmu • Turnover għoli ta’ ħaddiema • Problemi dixxiplinarji • Vjolenza u turment psikoloġiku • Tnaqqis fil-produttività • Żbalji u aċċidenti • Żieda fl-ispejjeż mill-kumpens jew mill-kura tas-saħħa

  7. Sintomi ta’ l-istress relatat max-xogħol (2) Fuq il-livell individwali: • Reazzjonijiet emozzjonali (irritabilità, ansjetà, problemi fl-irqad, dipressjoni, ipokondrija, aljenazzjoni, għejja kbira, problemi relatati ma’ relazzjonijiet familjari) • Reazzjonijiet konoxxittivi (issibha diffiċli biex tikkonċentra, tiftakar, titgħallem affarijiet ġodda, tieħu deċiżjonijiet) • Reazzjonijiet ta’ mġiba (abbuż mid-drogi, alkoħol u tabakk, imġiba distruttiva) • Reazzjonijiet fiżjoloġiċi (problemi fid-dahar, immunità mdgħajjfa, ulċeri fl-istonku, problemi fil-qalb, tensjoni emozzjonali kbira).

  8. Il-Liġi – ir-responsabbiltajiet ta’ dawk li jħaddmu • Legalment, dawk li jħaddmu huma obbligati li jiġġestixxu l-istress relatat max-xogħol sewwasew bħal kull riskju ieħor għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol • L-istress relatat max-xogħol jista’ jiġi evitat billi tittieħed azzjoni xierqa • Iċ-ċavetta għal dan hija l-Evalwazzjoni tar-Riskju (RA) • Dawk li jħaddmu huma obbligati legalment biex iwettqu Evalwazzjonijiet tar-Riskju regolari fuq il-post tax-xogħol.

  9. X’inhi l-Evalwazzjonitar-Riskju? • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mill-perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra: • X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara • Jekk il-perikli jistgħux jitneħħew u, jekk le, • X’miżuri preventivi jew protettivi għandu jkun hemm biex jikkontrollaw ir-riskji. • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-bażi għal ġestjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol li tirnexxi.

  10. L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress (1) • Ikun min ikun li jwettaqha (dak li jħaddem innifsu, impjegat innominat minn dak li jħaddmu u evalwatur estern), huwa essenzjali li ssir konsultazzjoni ma’ l-impjegati u li dawn jiġu involuti fil-proċess. L-impjegati: • Jafu l-post tax-xogħol tagħhom • Huma dawk li jridu jimplimentaw kwalunkwe bidla fil-prattiċi/kondizzjonijiet tax-xogħol. • M’huwiex possibbli li tiddetermina mis-sitwazzjoni weħidha l-ammont ta’ stress li din tista’ tikkawża.

  11. L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress (2) • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress tinvolvi l-istess proċessi u prinċipji bażiċi bħal dawk għal riskji oħrajn relatati max-xogħol • Hemm diversi metodi disponibbli. Iżda għal bosta negozji, approċċ sempliċi f’ħames stadji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għandu jaħdem tajjeb u jkun biżżejjed: • Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju • Evalwa u agħti prijorità lir-riskji • Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva • Ħu azzjoni • Immonitorja u irrevedi

  12. Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (1) Il-fatturi li wieħed għandu jfittex fir-rigward ta’ l-istress jinkludu: • Ammont ta’ xogħol eċċessiv jew espożizzjoni għal perikli fiżiċi • Kemm għandhom kontroll il-ħaddiema fil-mod ta’ kif iwettqu xogħolhom • Jekk il-ħaddiema jifhmux l-irwoli tagħhom • Relazzjonijiet, li jkopru kwistjonijiet bħall-fastidju u l-vjolenza • X’appoġġ hemm mill-kollegi u l-maniġers, u • X’tip ta’ taħriġ għandhom bżonn il-ħaddiema biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

  13. Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (2) • Aħna lkoll vulnerabbli, jiddependi mill-pressjoni li nkunu taħtha fi kwalunkwe ħin partikolari • Il-fatturi li ġejjin jistgħu jgħinu biex jiġi ddeterminat min jew liema gruppi ta’ ħaddiema huma l-aktar fir-riskju: • Assentejiżmu, turnover għoli ta’ ħaddiema, komunikazzjoni aggressiva, aċċidenti, problemi psikoloġiċi, problemi ta’ saħħa u ilmenti mill-ħaddiema eċċ. • Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju miżjud, eż. ħaddiema b’diżabilitajiet, ħaddiema emigranti, ħaddiema żgħar u dawk akbar fl-età.

  14. Stadju 2: Evalwa u agħti prijorità lir-riskji • Evalwa r-riskji li jitfaċċaw mill-perikli identifikati billi tikkunsidra: • Kemm huwa probabbli li tali periklu jikkawża ħsara • Kemm huwa probabbli li tkun serja dik il-ħsara • Kemm spiss (u kemm bħala ammont) il-ħaddiema jkunu esposti għar-riskju • Poġġi r-riskji f’ordni ta’ importanza • Uża l-lista biex tfassal pjan ta’ azzjoni.

  15. Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (1) • Il-prevenzjoni tal-konsegwenzi ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol hija aħjar mir-reazzjoni għalihom ladarba dawn jokkorru. • Iċ-ċavetta għall-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol tinsab fl-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol. • Il-miżuri effettivi fil-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol jinkludu: • Li l-ħaddiema jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu l-kompiti tagħhom • Li jiġu pprovduti deskrizzjonijiet ċari ta’ l-impjiegi • Li l-ħaddiema jiġu ppremjati għal prestazzjoni tajba • Li l-ħaddiema jitħallew jagħmlu l-ilmenti tagħhom u li dawn jiġu kkunsidrati b’mod serju • Li l-ħaddiema jingħataw kontroll fuq il-ħidma tagħhom.

  16. Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (2) Il-miżuri effettivi fil-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol jinkludu wkoll li: • Jitnaqqsu r-riskji fiżiċi • L-ħaddiema jitħallew jipparteċipaw f’deċiżjonijiet li jaffettwawhom • L-ammonti tax-xogħol jitqabblu mal-kapaċitajiet u r-riżorsi ta’ kull ħaddiema • Ix-xogħlijiet jiġu ddisinjati b’tali mod li jistimulaw lill-ħaddiema • Ir-responsabbiltajiet u l-irwoli tax-xogħol jiġu definiti b’mod ċar • Jiġu pprovduti opportunitajiet għal interazzjoni soċjali, u • Tiġi evitata l-ambigwità fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-impjieg u ta’ l-iżvilupp tal-karriera.

  17. Stadju 4: Ħu azzjoni • Implimenta miżuri preventivi u protettivi. • L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: • Min jagħmel x’hiex • Sa meta għandha titlesta biċċa xogħol • Il-mezzi allokati sabiex jiġu implimentati l-miżuri.

  18. Stadju 5: Immonitorja u irrevedi • Għandha tiġi mmonitorjata l-effettività tal-miżuri preventivi meħuda biex jipprevjenu jew inaqqsu l-Istress Relatat max-Xogħol • L-evalwazzjoni għandha tiġi riveduta: • Kull meta jokkorru bidliet sinjifikanti fid-disinn, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol • Jekk il-miżuri preventivi fis-seħħ ikunu insuffiċjenti jew mhux aktar adegwati • Fuq bażi perjodika biex tassigura li r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju għadhom rilevanti.

  19. Irreġistra l-Evalwazzjoni • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għandha tiġi rreġistrata • Tali reġistru jista’ jintuża sabiex: • L-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-persuni konċernati (ħaddiema, rappreżentanti tas-sigurtà, maniġers eċċ) • Jiġi evalwat jekk ġewx introdotti l-miżuri meħtieġa • Tiġi prodotta evidenza għall-awtoritajiet superviżorji • Jiġu riveduti l-miżuri f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

  20. Minn fejn tista’ tikseb l-għajnuna? • Fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli li jistgħu jservu ta’ għajnuna: • Sezzjoni fuq l-internet ta’ WRS, inklużi pubblikazzjonijiet u eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-UE: http://osha.europa.eu/topics/stress • Sezzjoni fuq l-internet ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju, inklużi għodda u checklists ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju: http://osha.europa.eu/topics/riskassessment • Tagħrif dwar l-Istress Relatat max-Xogħol speċifikament għall-SMEs: http://sme.osha.europa.eu/products/stress_at_work • Tagħrif dwar il-kampanja ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju: http://hw.osha.europa.eu

  21. http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

More Related