1 / 21

Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri. Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar- r iskju. L-għan tal-preżentazzjoni.

nieve
Download Presentation

Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

  2. L-għan tal-preżentazzjoni • Biex ngħinu lill-intrapriżi, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jifhmu l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju (RA) u l-importanza tiegħu. • Biex nipprovdu strument li jippermettilhom iwettqu RA huma stess. • Biex nipprovdu aċċess għal sorsi importanti ta’ informazzjoni.

  3. Il-Liġi – Evalwazzjoni tar-Riskju • Min iħaddem għandu dmir ġenerali sabiex jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’kull aspett relatat max-xogħol. • L-RA tippermetti lil min iħaddem sabiex idaħħal fis-seħħ il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi s-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema tiegħu. • Skond il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà, il-ħaddiema kollha jridu jwettqu RA regolari (DirettivaQafas 89/391, implimentata fil-liġi nazzjonali). • Din il-preżentazzjoni hija bbażata fuq il-prinċipji gwida dwar l-RA (inti għandek tfittex kjarifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik).

  4. X’inhi evalwazzjoni tar-riskju? • L-RA hija l-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra: • X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara • X’inhuma l-perikli li jistgħu jiġu eliminati u, jekk le, • X’miżuri preventivi jew protettivi jeħtieġu li jkunu fis-seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati. • RA hija l-bażi tal-maniġment ta’ suċċess tas-saħħa u s-sigurtà u hija s-soluzzjoni sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard relatati max-xogħol.

  5. Tfakkira:perikli u riskji • Periklu jista’ jkun kollox – kemm jekk materjal tax-xogħol, apparat, metodi ta’ ħidma jew prattiċi – li għandu l-potenzjal li jikkawża l-ħsara. • Riskju huwa l-possibilità, kbira jew żgħira, li xi ħadd jista’ jweġġa’ minħabba l-periklu.

  6. Min iwettaq l-RA? • Il-persuna li twettaq l-RA tista’ tkun: • Persuna li taħdem għal rasha • Impjegat magħżul minn min iħaddem • Assessur estern jew fornitur li joffri s-servizz, JEKK hemm nuqqas ta’ personal kompetenti fuq il-post tax-xogħol • L-assessur(i) għandu jiġi pprovdut (għandhom jiġu pprovduti) bl-informazzjoni, taħriġ, riżorsi, ħin u appoġġ neċessarju. • Irrispettivament minn min jagħmel l-RA, huwa min iħaddem li fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għall-Evalwazzjoni.

  7. Kif tagħmel RA? Hemm żewġ prinċipji li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu meta jkun sejjer jagħmel RA: • L-RA għandha tkun strutturata sabiex jiġi assigurat li l-perikli u r-riskji relevanti kollha jiġu indirizzati (eż. li xogħolijiet sekondarji, bħat-tindif, ma jiġux injorati). • Meta jiġi identifikat riskju, RA għandhatibda mill-ewwel prinċipji, billi ssaqsi jekk ir-riskju jistax jiġi eliminat.

  8. Approċċ ta’ Ħames Passi għall-RA Ħafna organizzazzjonijiet, kull ma jkollhom bżonn huwa approċċ ta’ ħames passi għall-RA: Il-RA għandha ssir bl-invoviment attiv ta’ l-impjegati Hemm metodi oħra li jaħdmu daqstant tajjeb, b’mod partikolari għal riskji u ċirkostanzi aktar kumplessi.

  9. Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (1) Pariri sabiex jgħinuk tidentifika perikli importanti jinkludu: • Imxi mal-post tax-xogħol u ara x’jista’ jikkawża l-ħsara. • Ikkonsulta lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar il-problemi li jkunu ltaqgħu magħhom. • Ikkunsidra perikli fit-tul għas-saħħa (livelli għoljin ta’ storbju jew espożizzjoni għal sustanzi perikolużi) u tikkunsidrax biss perikli ovvji jew immedjati. • Ara r-rekords ta’ aċċidenti u ta’ saħħa ħażina tal-kumpanija. • Fittex informazzjoni minn sorsi oħra bħal: • Manwali ta’ istruzzjoni jew folji ta’ dejta tal-manifatturi u tal-fornituri • Websajts dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol • Rekords ta’ rekwiżiti legali u rekwiżiti oħra relatati mal-post tax-xogħol.

  10. Eżempju ta’ għodda utli sabiex jiġu identifikati l-perikli: lista ta’ kontroll

  11. Pass nru 1: Identifikal-perikliu dawk li qegħdin f’riskju (2) • Għal kull periklu huwa importanti li tkun taf • Min/liema huma l-gruppi ta’ persuni li tista’ ssirilhom ħsara: dan jista’ jgħin sabiex tidentifika l-aħjar mod kif tamministra r-riskju • Kif dawn il-persuni jinteraġġixxu mal-periklu (eż. permezz ta’ espożizzjoni diretta jew indiretta) • Kif tista’ ssirilhom il-ħsara, eż. x’tip ta’ korriment jew mard jista’ jseħħ • Għanda tingħata attenzjoni partikolari lil kwistjonijiet ta’ sess u lill-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju akbar jew li għandhom rekwiżiti partikolari: • Personal b’diżabilità • Ħaddiema żgħar u kbar fl-età • Nisa li se jkollhom tarbija u l-ommijiet li qegħdin ireddgħu • Staff mingħajr taħriġ jew mingħajr esperjenza (eż. impjegati ġodda, ħaddiema temporanji u ħaddiema staġjonali)

  12. Pass nru 2: Evalwa u qiegħed ir-riskji f’ordni ta’ prijorità • Sabiex tiddeċiedi jekk ir-riskju huwiex żgħir, medju jew għoli, ikkunsidra: • Kemm huwa probabbli li periklu jikkawża ħsara • Kemm huwa probabbli li dak il-periklu jkun serju • Kemm jistgħu jiġu esposti spiss il-ħaddiema (u kemm ħaddiema jiġu esposti). • Għandu jkun biżżejjed proċess sempliċi bbażat fuq il-ġudizzju u li ma jeħtieġ l-ebda kapaċità speċjalizzata jew teknika komplikata: • Attivitajiet b’perikli ta’ ftit tħassib • Postijiet tax-xogħol fejn ir-riskji huma magħrufa sew jew identifikati faċilment u fejn hemm mezzi ta’ kontrolldisponibbli • Fil-każ ta’ perikli jew attivitajiet aktar kumplessi, jista’ jkun neċessarju għarfien professjonali, sostenn u konsulenza.

  13. Pass nru 3: Iddeċiedi fuq azzjonijiet preventivi Meta tkun qiegħed tiddeċiedi fuq il-miżuri preventivi u protettivi li għandek iddaħħal fis-seħħ huwa neċessarju li tikkunsidra: • Jekk huwiex possibbli li tneħħi (telimina) r-riskju, u jekk le: • Kif ir-riskji jistgħu jiġu mminimizzati jew ikkontrollati sabiex ma jikkompromettux is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk esposti. Dan jista’ jsir billi: • Tiġġieled ir-riskju hekk kif dan jinqala’ • Taddatta x-xogħol għall-individwu • Taddatta għall-progress tekniku u għall-iskambju ta’ informazzjoni • Tissostitwixxi dak li huwa perikluż b’dak li mhuwiex perikluż / anqas perikluż • Tapplika miżuri organizzattivi jew protettivi kollettivi minflok miżuri protettivi individwali (li huma l-aħħar soluzzjoni) • Tagħi istruzzjonijiet u informazzjoni xierqa lill-ħaddiema.

  14. Pass nru 4: Ħu azzjoni • Daħħal fis-seħħ il-miżuri preventivi u protettivi. • L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: • Min jagħmel x’hiex • Meta xogħol għandu jitlesta • Il-mezzi allokati sabiex il-miżuri jiġu implimentati.

  15. Pass nru 5: Agħmel monitoraġġ u reviżjoni • L-effettività tal-miżuri preventivi implimentati għandha tiġi mmontorjata. • L-evalwazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid u għandha tiġi riveduta kif meħtieġ, inkluż: • Kull meta jseħħu bidliet sinjifikanti fl-organizzazzjoni • Bħala riżultat tas-sejbiet ta’ investigazzjoni ta’ aċċident jew inċident • F’każijiet meta l-miżuri preventivi fis-seħħ ma jkunux biżżejjed jew ma jibqgħux adegwati • Sabiex jiġi assigurat li s-sejbiet ta’ l-RA għadhom relevanti.

  16. Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru (1) • L-RA għandha tinżamm f’reġistru. • Dan ir-reġistru jista’ jintuża bħala bażi sabiex: • Tingħata informazzjoni lill-persuni konċernati • Jiġi evalwat jekk il-miżuri neċessarji jkunux ġew introdotti • Jingħataw provi lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza • Jiġi riveduti l-miżuri jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu.

  17. Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru (2) Huwa rakkomandat li għallinqas tinżamm reġistrazzjoni tad-dettalji li ġejjin: • L-isem u l-kariga tal-persuna(i) li twettaq l-eżaminazzjoni • Identifikazzjoni tal-perikli u tar-riskji • Il-gruppi ta’ ħaddiema li qegħdin jiffaċċjaw riskji partikolari • Stima/evalwazzjoni tar-riskji • Il-miżuri preventivi u protettivi neċessarji • Dettalji ta’ l-introduzzjoni tal-miżuri (min jagħmel x’hiex u meta) • Dettalji ta’ l-involviment tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom fil-proċess ta’ l-RA.

  18. Ir-responsabbiltajiet ta’ min iħaddem Min iħaddem għandu obbligu li: • Jorganizza l-RA • Jagħżel lill-persuna(i) u jassigura li hija (huma) kompetenti • Jevalwa r-riskji u jimplimenta l-miżuri protettivi • Jinvolvi lill-ħaddiema fil-proċess ta’ l-RA • Jikkonsulta lill-ħaddiema jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar l-organizzazzjoni ta’ l-RA, u lill-persuni li jwettqu l-RA u jimplimenta l-miżuri preventivi • Ikun fil-pussess ta’ evalwazzjoni tar-riskju • Jabbozza rekords ta’ l-RA, wara li jkun ikkonsulta lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom, jew saħansitra jinvolvihom fix-xogħol, u jagħmel ir-reġistri disponibbli lilhom • Jassigura li l-persuni kollha affettwati huma informati bi kwalunkwe periklu ta’ kwalunkwe ħsara li jistgħu jkunu f’riskju għalih u bil-miżuri protettivi kollha meħudin sabiex dan il-periklu jiġi evitat.

  19. Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt/l-obbligu li: • Ikunu ikkonsultati fuq arranġamenti għall-organizzazzjoni ta’ l-RA u għall-ħatra ta’ dawk li li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol • Jipparteċipaw fl-RA • Javżaw lis-superviżuri tagħhom jew lil min iħaddimhom bir-riskji perċepiti • Jirrapportaw kwalunkwe bidla fil-post tax-xogħol • Jiġu infurmati bir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà u bil-miżuri neċessarji sabiex dawn ir-riskji jiġu eliminati jew imnaqqsa • Jitolbu lil min iħaddem sabiex idaħħal fis-seħħ miżuri adatti u sabiex jissottometti proposti sabiex inaqqas kemm jista’ jkun il-perikli jew sabiex inaqqas il-perikli hekk kif dawn jinqalgħu • Jikkooperaw sabiex jippermettu lil min iħaddem sabiex jassigura li l-ambjent tax-xogħol ikun wieħed sigur • Jieħdu ħsieb tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom u ta’ persuni oħra affettwati mill-azzjonijiet tagħhom.

  20. Fejn għandek tmur għall-għajnuna Fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli sabiex tgħinek : • Informazzjoni dwar il-kampanja ta’ l-RA • kif tinvolvi ruħek • materjal għall-kampanja: http://hw.osha.europa.eu • Taqsima tal-Web ta’ l-RA aktar dettaljata li tinkludi: • İnformazzjoni dwar l-RA • eżempji dwar prattika tajba minn madwar l-Ewropa • għodda prattika: gwidi, listi għall-iċċekkjar etc: http://osha.europa.eu/topics/riskassessment

  21. http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

More Related