1 / 27

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 4 - 11

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 4 - 11. Tana l-ħila li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra imma tal-Ispirtu.

oscar-cantu
Download Presentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 4 - 11

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor3, 4-11 Tana l-ħila li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra imma tal-Ispirtu.

  2. Ħuti, tant aħna għandna qalbna qawwija quddiem Alla permezz ta’ Kristu! Mhux li aħna minn nfusna għandna l-ħila naħsbu li xi ħaġa ġejja minna nfusna; il-ħila tagħna ġejja

  3. mingħand Alla, li tana l-ħila li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra imma tal-Ispirtu; għax l-ittra toqtol, imma l-Ispirtu jagħti l-ħajja.

  4. Issa jekk il-ministeru tal-mewt imnaqqax fil-ġebel kien hekk imdawwal bil-glorja li wlied Iżrael ma setgħux iżommu għajnejhom f’wiċċ Mosè minħabba

  5. fid-dija ta’ wiċċu - u din ma kinitx għal dejjem -kemm aktar ikun imdawwal bil-glorja l-ministeru tal-Ispirtu? Jekk il-ministeru tal-kundanna kien

  6. imdawwal bil-glorja, kemm aktar jiddi bil-glorja l-ministeru tal-ġustifikazzjoni! Anzi, minn daqshekk, dak li darba kellu l-glorja ma kellu glorja xejn ħdejn

  7. il-kobor bla qjies tal-glorja ta’ issa. Jekk kien imdawwal bil-glorja l-ministeru li kellu jgħaddi, kemm aktar hu mdawwal bil-glorja dak li għandu jibqa’.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Int qaddis, Mulej, Alla tagħna

  10. Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna, inxteħtu quddiem mirfes riġlejh, għax hu qaddis!

  11. R:/ Int qaddis, Mulej,Alla tagħna

  12. Mosè u Aron fost il-qassisin tiegħu, u Samwel fost dawk li jsejħu ismu, kienu jsejħu l-Mulej, u hu jweġibhom.

  13. R:/ Int qaddis, Mulej, Alla tagħna

  14. F’kolonna ta’sħab kien jitkellem magħhom; kienu jħarsu l-preċetti u l-liġi li tahom.

  15. R:/ Int qaddis, Mulej, Alla tagħna

  16. Mulej, Alla tagħna, inti smajthom; int Alla li tagħder kont għalihom; iżda tħallast tal-imġiba ħażina tagħhom.

  17. R:/ Int qaddis, Mulej, Alla tagħna

  18. Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna, u nxteħtu quddiem l-għolja mqaddsa tiegħu; għax qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna!

  19. R:/ Int qaddis, Mulej, Alla tagħna

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Il-mogħdijiet tiegħek għallimni, Mulej; mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 17-19 R:/ GlorjalilekMulej

  22. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom

  23. għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ

  24. kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar

  25. fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.”

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related