750 likes | 4.93k Views
Nies li jgħinuna. Xogħlijiet Differenti. għalliem. L-għalliema jgħallmu lill-istudenti. tabib. It-tobba jieħdu ħsieb saħħitna. dentist. Id-dentisti jieħdu ħsieb is-snien. spiżjar. L-ispiżjara jbiegħu l-mediċina. pulizija. Il-pulizija jżommu l-ordni fil-pajjiż. avukat.
E N D
Nies li jgħinuna Xogħlijiet Differenti
għalliem • L-għalliema jgħallmu lill-istudenti.
tabib • It-tobba jieħdu ħsieb saħħitna.
dentist • Id-dentisti jieħdu ħsieb is-snien.
spiżjar • L-ispiżjara jbiegħu l-mediċina.
pulizija • Il-pulizija jżommu l-ordni fil-pajjiż.
avukat • L-avukati jiddefendu n-nies fil-qorti.
kok • Il-koki jsajru l-ikel ġo restorant.
xufier • Ix-xufiera jsuqu l-karozzi tal-linja, taxis jew vannijiet.
pilota • Il-piloti jsuqu l-ajruplani.
pustier • Il-pustiera jqassmu l-ittri.
parrukkier • Il-parrukkiera jaqtgħu xagħar in-nies.
ħajjat • Il-ħajjata jħitu l-ħwejjeġ.
veterinarju • Il-veterinarji jieħdu ħsieb is-saħħa tal-annimali.
furnar • Il-furnara jaħmu l-ħobż u l-kejkijiet.
Għalkemm ħafna xogħlijiet huma tajbin kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel, dan ma jgħoddx għax-xogħlijiet kollha. qassis soru • Il-qassis iqaddes il-quddies. • Is-soru tgħix fil-kunvent.
Xi xogħlijiet oħra huma: ħaddied • Il-mastrudaxxa jaħdem l-injam. • Il-ħaddied jaħdem il-ħadid. • Il-bennej jibni d-djar. mastrudaxxa bennej