610 likes | 865 Views
www.ofm.org.mt. ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A. L- EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Eż 37, 12-14. Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.
E N D
www.ofm.org.mt ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA5 Ħadd tar-RandanSena A
Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.
Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi.
U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Nagħtikom il-mistrieħ f’artkom, u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel.”
Għand il-Mulej hemm it-tjieba. SALM RESPONSORJALISalm 129
Mill-qiegħ nett insejjaħlek, Mulej:Mulej, isma’ l-leħen tiegħi!Ħa jkunu widnejk miftuħagħal-leħen tat-talb tiegħi.
R/. Għandil-Mulejhemm it-tjieba.
Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej,Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?Imma, għandek hemm il-maħfra,biex hekk int tkun miqjum.
R/. Għandil-Mulejhemm it-tjieba.
Jien lill-Mulej nistenna,ruħi f’kelmtu tittama.Tistenna ruħi ’l- Mulejaktar milli l-għassiesa s-sebħ.
R/. Għandil-Mulejhemm it-tjieba.
Ittama, Iżrael, fil-Mulej;għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,u l-fidwa hi għandu bil-kotra.Hu jifdi lil Iżrael mill-ħtijiet tiegħu kollha.
R/. Għandil-Mulejhemm it-tjieba.
IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 8-11
Ħuti; Dawk li jgħixu skond il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.
Iżda intom ma tgħixux skond il-ġisem, imma skond l-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.
Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.
Imma jekk Kristu jgħammar fikom, ukoll jekk il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub, imma l-ispirtu hu ħaj minħabba fil-ġustifikazzjoni.
Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom,
dak stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem tagħkom li jmut, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom.
Glorja u tifħirlilek, Kristu!Jienhu l-qawmien u l-ħajja, igħidil-Mulej;kull min jemmenfija,dan ma jmutqatt.Glorja u tifħirlilek, Kristu!
F’dak iż-żmien: Kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta.
Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u li xxottatlu riġlejh b’xagħarha; Lażżru, li marad, kien ħuha.
Iż-żewġ nisa aħwa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid.”
Meta sema’ l-aħbar Ġesù qal: “Din mhijiex marda tal-mewt, iżda għall-glorja ta’ Alla, biex biha jissebbaħ l-Iben ta’ Alla.”
Meta sema’ lidanmarad, baqa’ jumejnoħrafejnkien, u mbagħadqallil-dixxipli: “Imxunerġgħummorru l-Lhudija.”
Qalulu d-dixxipli: “Rabbi, għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?”
Weġibhom Ġesu: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi bin-nhar, ma jaħbat ma’ mkien, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id-dinja;
imma jekk jimxi bil-lejl, jaħbat ma’ xi mkien, għax ma jkollux dawl.”
Hekk qalilhom; imbagħad issokta jgħidilhom: “Ħabibna Lażżru rieqed, iżda ejjew immorru nqajmuh.”
Qalulu d-dixxipli: “Mulej, jekk hu rieqed, jiġifieri se jfiq.” Iżda Ġesu kien tkellem mill-mewt tiegħu,
u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta’ meta wieħed ikun bin-ngħas. Imbagħad Ġesu qalilhom ċar u tond: Lażżru miet.
U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda imxu mmorru sa ħdejh.”
Tumas, imlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: “Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu.”
Meta wasal Ġesù sab li kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.Betanja kienet qrib Ġerusalem, xi żewġ mili ’l hemm minnha.
Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom, minħabba fil-mewt ta’ ħuhom.
Kif semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar.
Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma jien naf li kull ma int titlob ’l Alla, hu jagħtihulek, issa wkoll.”
Ġesùqallil Marta: “Ħukjerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jienanaflijerġa’ jqum fl-aħħarjum.”
Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, ikollu l-ħajja; u kull min igħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.
Temmnu int dan?” “Iva, Mulej,” weġbitu; “Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja.”
Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: “L-Imgħallem hawn u qiegħed isejjaħlek.”
Dik, malli semgħetha qamet minnufih u marret ħdejh. Ġesù kien għadu ma daħalx ir-raħal, imma baqa’ fejn kienet ġiet tiltaqa’ miegħu Marta.
Il-Lhud li kienu d-dar ma’ Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajluha sejra fuq il-qabar biex toqgħod tibki hemm.
Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu, inxteħtet f’riġlejh tgħidlu: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut.”