110 likes | 313 Views
IS-SAWM. Mod ieħor kif nistgħu nsumu. Is-sawm probabbli nagħmluh billi ma narawx televixin jew ma niklux ħelu. Imma hemm modi aktar kreattivi kif nistgħu nilqgħu il-fejqan bi Kristu. Ara qattx smajtu b'dawn. 1. Sum mir-rabja u mill-mibegħda.
E N D
Mod ieħor kif nistgħu nsumu.....
Is-sawm probabbli nagħmluh billi ma narawx televixin jew ma niklux ħelu. Imma hemm modi aktar kreattivi kif nistgħu nilqgħu il-fejqan bi Kristu.Ara qattx smajtu b'dawn...
1. Sum mir-rabja u mill-mibegħda. Agħti lil tal-familja doża doppja ta mħabba kuljum.
2. Sum milli tiġġudika lil ħaddieħor. Qabel tiġġudika lil ħaddieħor ftakar kif Alla dejjem iħares 'il bogħod mid-difetti tagħna.
3. Sum mill-qtigħ il-qalb. Ftakar fil-wegħda ta' Kristu; li Alla għandu pjan perfett għal ħajtek.
4. Sum mill-garr. Meta tinduna li qed tgorr,agħlaq għajnejk u ftakar f'mumenti sbieħ ta' ferħ li tak Ġesu`
5. Sum milli żżomm f'qalbek. Aħdem għall-maħfra lejn dawk li għamlulek xi ħsara.
6. Sum milli tonfoq flus żejda u fil-vojt. Naqqas l-infiq żejjed imqar bi ftit ewro u dak li tfaddal tih lil fqar.
U fl-aħħar, wassal dan il-messaġġ sabiħ lil dawk ta' madwarek u tara kif il-Mulej ibierkek u jkollok il-paċi f'qalbek. U bilħaqq... tbissem iktar! Ġesu jħobbok!!
T M I E M