1 / 19

L-IRWIEGEL

L-IRWIEGEL. TBASSIR IT-TEMP SKONT MISSIRIJIETNA . Il-kelma rwiegel hija l-plural tal-kelma Taljana regola li ħadet il-plural miksur tal-kliem semitiku . It-tbassir tat-temp kien importanti għall-bdiewa minħabba li fuqu kien jippjanaw il-ħidma tagħhom fl-għelieqi. X’ inhuma l-irwiegel ?.

penda
Download Presentation

L-IRWIEGEL

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-IRWIEGEL TBASSIR IT-TEMP SKONT MISSIRIJIETNA

  2. Il-kelma rwiegel hija l-plural tal-kelma Taljana regola li ħadet il-plural miksur tal-kliem semitiku. It-tbassir tat-temp kien importanti għall-bdiewa minħabba li fuqu kien jippjanaw il-ħidma tagħhom fl-għelieqi. X’inhuma l-irwiegel?

  3. Kif jittieħdu l-irwiegel? • Jibda jiġi nnotat it-temp tal-jiem mit-13 sal-24 ta’ Diċembru. • Kull jum jikkorrispondi għal xahar tas-sena l-ġdida. • Il-jum jitqassam fi tlieta – filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija u dawn ifissru l-bidu, in-nofs u l-aħħar tax-xahar. • Skont it-temp li jagħmel dakinhar jitbassar it-temp tax-xahar tas-sena l-ġdida.

  4. L-irwiegel:ta’ min jorbot fuqhom? • Ta’ min jgħid li dan huwa tbassir u qatt mhu ta’ min joqgħod fuqu mija fil-mija. • Illum ħafna huma tal-fehma li l-irwiegel ma jaħdmux minħabba l-bidliet fil-klima li għaddejja minnhom id-dinja. • Iżda hemm min għadu jemmen li l-irwiegel għadhom tajbin fit-tbassir tat-temp. • Int x’taħseb?

  5. It-tbassir tat-temp skont l-irwiegelgħas-sena 2011

  6. It-Temp għal Jannar 2011 • 13 ta’ Diċembru 2010 • Filgħodu kien bnazzi filwaqt li f’nofsinhar issaħħab xi ftit imma reġa’ bbnazza filgħaxija. • Dan ibassar li għal matul ix-xahar ta’ Jannar mhux ser ikollna xita. Ser ikollu ġimgħat sbieħ fil-bidu u fl-aħħar tiegħu.

  7. It-Temp għal Frar 2011 • 14 ta’ Diċembru 2010 • Filwaqt li filgħodu kien bnazzi, waranofsinhar qabad jissaħħab u sa filgħaxija għamlet xi ħalba xita. • Dan ifisser li fi Frar 2011 ser ikollna perjodi sbieħ u ta’ bnazzi fil-ġimgħat tal-bidu imma lejn l-aħħar tiegħu ser ikollna x-xita.

  8. It-Temp għal Marzu 2011 • 15 ta’ Diċembru 2011 • It-temp sebaħ b’xi ħalbiet tax-xita li sa nofsinhar naqsu u deher jibbnazza. Tard waranofsinhar l-ajru reġa’ ssaħħab. • Dan ifisser li Marzu jidher li ser ikollu l-ewwel jiem bix-xita imma lejn nofsu u l-aħħar ser ikun b’temp imsaħħab imma bnazzi bla xita.

  9. It-Temp għal April 2011 • 16 ta’ Diċembru 2010 • Il-jum sebaħ bnazzi b’ħafna sħab li mal-ħin ħxien u sa nofsinhar u tard filgħaxija kellna ħalbiet qawwija tax-xita b’perjodi qosra ta’ bnazzi bejniethom. • Dan ibassar li għal nofs u l-aħħar t’April ser ikollna x-xita.

  10. It-Temp għal Mejju 2011 • 17 ta’ Diċembru 2010 • It-temp kien bnazzi bi sħab għoli imma bi ftit xita sa nofsinhar. Waranofsinhar u filgħaxija kien bnazzi. • Jidher li skont l-irwiegel, għall-bidu ta’ Mejju jista’ jkollna xi ftit xita imma temp sabiħ għall-kumplament tax-xahar.

  11. It-Temp għal Ġunju 2011 • 18 ta’ Diċembru 2010 • Il-jum sebaħ ftit imsaħħab imma ma’ tlugħ ix-xemx ibbnazza u kompla sabiħ sa filgħaxija. • Dan ifisser li għal Ġunju ser ikollna sajf bikri b’temp sabiħ u xemxi.

  12. It-Temp għal Lulju 2011 • 19 ta’ Diċembru 2010 • Il-jum kollu kien xemxi u sħun għal daż-żmien tas-sena. • Lulju jidher li ser ikun xemxi u jaħraq b’jiem sbieħ.

  13. It-Temp għal Awwissu 2011 • 20 ta’ Diċembru 2010 • Kien jum ‘sajfi’ għaliex ix-xemx kienet taħraq u l-ħin kollu bnazzi bla ħjiel ta’ sħab. • Awwissu jidher li ser iżomm mat-tradizzjoni u ‘jixwina’ bis-sħana tax-xemx.

  14. It-Temp għal Settembru 2011 • 21 ta’ Diċembru 2010 • Kien jum ieħor xemxi u sħun bla sħab u l-ebda ħjiel ta’ xita. • Għaldaqstant, għal Settembru 2011 hemm imbassar temp pjuttost sħun u xemxi.

  15. It-Temp għal Ottubru 2011 • 22 ta’ Diċembru 2010 • Kellna jum xemxi u bnazzi. Kultant deher xi sħab fil-għoli. • Ottubru jidher li mhux se jkollu xita u maltemp iżda se jkun mimli b’jiem bnazzi u xemxin.

  16. It-Temp għal Novembru 2011 • 23 ta’ Diċembru 2010 • Filgħodu sebaħ imsaħħab u sa nofsinhar kellna xi ħalbiet tax-xita li komplew sa filgħaxija. • Jidher li f’Novembru ser ikollna ftit tax-xita mqassma tul ix-xahar kollu.

  17. It-Temp għal Diċembru 2011 • 24 ta’ Diċembru 2010 • Il-jum sebaħ bnazzi iżda għal nofsinhar issaħħab u ħalleb xi ftit tax-xita. Sa filgħaxija l-ajru ssaffa u bbnazza. • Jidher li Diċembru 2011 ser ikun bix-xita. Iżda jidher li lejn nofsu u lejn il-festi ta’ tmiem is-sena ser ikollna temp bnazzi.

  18. Xi qwiel marbutin mat-tbassir tat-temp • Is-snin bħall-aħwa: ma jixxibhux...ma tantx tista’ tkun żgur fit-tbassir tat-temp. • Skont l-annata timtela l-qannata...mix-xita li tagħmel matul is-sena jikber ġid il-bidwi. • Mill-bidwi u mir-ragħaj l-ewwel għana tad-dinja...il-ħwejjeġ essenzjali jagħtuhomlna l-bdiewa u r-rgħajja. • Jekk is-sena tkun ħażina l-muna tkun imgerfxa...sena nieqsa mill-ilma tfisser ikel skars u ħażna fqira. • Sena għammiela tħallas il-qbiela...sena bix-xita tħalli profitt lill-bidwi u jista’ jħallas il-kera tal-għelieqi. • Qamar rieqed, baħrin imqajma...meta l-qamar ikun jidher imxengel ifisser li ġej il-maltemp u allura l-baħrin iridu jibqgħu mqajma jindukraw il-bastiment. • (meħudin minn A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs ta’ J. Aquilina, 1986)

  19. Kemm bassru tajjeb l-irwiegel? Nistennew u naraw! Grazzi lis-Sur George Mifsud http://malti.skola.edu.mt

More Related