280 likes | 539 Views
L-E ġ ittu. Nadine Micallef. Il- Kajr hija l-belt kapitali ta’ l-E ġ ittu. Hija belt kbira ħ afna, u fiha joqog ħ du ħ afna nies. Parti mill-belt hija moderna, issib bini g ħ oli, toroq wesg ħ in u ħ wienet kbar.
E N D
L-Eġittu Nadine Micallef
Hija belt kbira ħafna, u fiha joqogħdu ħafna nies. Parti mill-belt hija moderna, issib bini għoli, toroq wesgħin u ħwienet kbar.
Issib ukoll ħafna lukandi lussużi li jkunu mimlija bit-turisti. Ħafna turisti jiġu l-Eġittu biex jaraw il-Piramidi. L-aktar famużi huma dawk ta’ Giża ftit ’il bogħod mill-Kajr.
Il-piramidi li nsibu fl-Eġittu bnewhom il-Faragħuni jew is-slaten ta’ l-Eġittu.
Waħda mill-akbar piramidi fiha aktar minn żewġ miljun ġebla kbira impoġġija waħda fuq l-oħra b’sengħa kbira.
Kull piramida fiha ħafna kmamar u passaġġi u f’waħda mill-kmamar kien jindifen il-Faragħuni.
Missier Faruk, tifel Eġizzjan jaħdem bħala gwida fil-mużew tal-Kajr. Hemmhekk hemm ħafna mill-fdalijiet li nstabu fil-piramidi, bħal statwetti u oġġetti oħra tad-deheb.
Fl-Eġittu ftit li xejn tagħmel xita għalhekk il-biedja tiddependi biss mill-ilma tax-xmara Nil.
Din ix-xmara tibda minn fuq il-muntanji fl-Etjopja u tinżel bil-mod il-mod lejn il-baħar Mediterran.
Qabel tasal fil-Mediterran ix-xmara tinqasam f’seba’ friegħi. Din tissejjaħid-delta tan-Nil.
L-Eġizzjani jtellgħu l-ilma mix-xmara biex isaqqu l-għelieqi tagħhom. Dawn il-bdiewa jkabbru ħafna ross u qoton.
L-ilma tax-xmara jużawh ukoll għax-xorb u użu ieħor fid-dar.
Bogħod mix-xmara Nil ftit li xejn issib nies. Dan minħabba li huwa deżert.
Dan il-passaġġ tħaffer biex jgħaqqad il-Mediterran mal-Baħar l-Aħmar. Meta tlesta fl-1869, il-kummerċ fil-baħar tħaffef ħafna.