310 likes | 586 Views
L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU. 30 Ħadd Matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu. Eż 22, 20-26. Da n jgħid il-Mulej: La taħqarx ’il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art ta’ l-Eġittu. La taħqrux ’l-armla u ’l-iltim għax jekk taħqruhom,.
E N D
L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU 30Ħadd Matul is-sena
Dan jgħid il-Mulej: La taħqarx ’il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art ta’l-Eġittu. La taħqrux ’l-armla u ’l-iltim għax jekk taħqruhom,
u huma jsejħuli, jien żgur nismagħha l-għajta tagħhom, u l-qilla tiegħi tixgħel, neqridkom bis-sejf, u n-nisa tagħkom jormlu u wliedkom jisfgħu ltiema.
Jekk inti tislef lil xi fqir mill-poplu tiegħi, iġġibx ruħek miegħu bħal wieħed li jislef, u teħodlux imgħax.
Jekk lil għajrek teħodlu l-libsa tiegħu b’rahan, agħtihielu lura qabel inżul ix-xemx,
għax hu dik biss għandu biex jitgħatta, dik biss il-għata ta’ ġismu: inkella fiex tridu jorqod? Għax jekk isejjaħli, jiena nisimgħu, għax jien ħanin.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJALISalm 17 Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.
Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi!Mulej, blata tiegħi,fortizza tiegħi, ħellies tiegħi! R/.
Alla tiegħi, sur tiegħi, li fih nistkenn,tarka tiegħi, saħħa tas-salvazzjoni tiegħi, kenn tiegħi!Insejjaħ lill-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru,u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi. R/.
Ħaj il-Mulej! Ikun imbierek, hu l-blata tiegħi;ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi.Hu jagħti r-rebħ lis-sultan tiegħu,u juri mħabbtu lill-midluk tiegħu. R/.
Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulit-Tessalonkin.1 Tess 1, 5ċ-10
U intom sirtu tixbhu lilna u lill-Mulej, u l-kelma lqajtuha bil-ferħ ta’l-Ispirtu s-Santu, minkejja tbatijiet ta’ kull xorta.
U b’hekk intom sirtu eżempju għal dawk kollha li laqgħu t-twemmin fil-Maċedonja u fl-Akaja.
Għax il-kelma tal-Mulej xterdet minn għandkom fil-Maċedonja u fl-Akaja, u mhux dan biss, iżda wkoll l-aħbar tal-fidi tagħkom f’Alla xterdet ma’ kullimkien, hekk li m’hemmx għalfejn nitkellmu fuq dan.
U huma stess jgħidu x’laqgħa għamiltulna meta ġejna fostkom, u kif intom dortu lejn Alla mill-idoli biex taqdu lil Alla l-ħaj u veru u tistennew lil Ibnu ġej mis-smewwiet,
li hu qajjem mill-imwiet, Ġesù li ħelisna mill-korla ta’ Alla li għad trid tiġi.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah. Halleluljah.Missier Sidna Ġesù Kristuidawlilna l-għajnejn ta’ qalbna,biex nagħarfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħna.Hallelujah
F’dak iż-żmien: Meta l-Fariżej semgħu kif Ġesù kien saddilhom ħalqhom lis-Sadduċej, inġabru madwaru,
u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-akbar kmandament fil-Ligi?”
U hu wieġbu: “Ħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.”
Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.”
Il-Liġi kollha u l-profeti, fuq dawn iż-żewġ kmandamenti huma mibnija.”
Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu